Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D1530

    Deċiżjoni Nru 1530/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Ottubru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    ĠU L 337, 21.12.2007, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/1530/oj

    21.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 337/1


    DEĊIŻJONI Nru 1530/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta' l-24 ta’ Ottubru 2007

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri.

    (2)

    Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat.

    (4)

    Il-Ġermanja u Franza ressqu applikazzjonijiet sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, fir-rigward ta' żewġ diżastri kkawżati minn maltemplata kbira u minn ċiklun tropikali rispettivament,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 172 195 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Strasburgu, 24 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LOBO ANTUNES


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    Top