Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D1214(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/3/2007 tat- 30 ta’ Novembru 2007 li dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

    ĠU L 329, 14.12.2007, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/1214/oj

    14.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 329/63


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPM/3/2007

    tat-30 ta’ Novembru 2007

    li dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/749/PESK tad-19 ta' Novembru 2007 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (1), u, b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/824/PESK ta' l-24 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (2), u, b'mod partikolari, l-Artikolu 9 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

    (2)

    Fil-5 ta' Diċembru 2006, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUPM/1/2006 (3) li testendi l-mandat tal-Brigadier Ġeneral Vincenzo Coppola bħala Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina sal-31 ta' Diċembru 2007.

    (3)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona lil KPS li l-mandat tal-Brigadier Ġenereral Vincenzo Coppola jiġi estiż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-mandat tal-Brigadier Ġeneral Vincenzo Coppola bħala Kap ta' Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2008.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2008.

    Magħmula fi Brussel, 30 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    C. DURRANT PAIS


    (1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.

    (2)  ĠU L 307, 25.11.2005, p. 55.

    (3)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 87.


    Top