EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0930
Decision No 930/2007/EC of the European Parliament and of the Council of 7 June 2007 on the mobilisation of the EU Solidarity Fund according to point 26 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management
Deċiżjoni Nru 930/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ġunju 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE skond il-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Deċiżjoni Nru 930/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ġunju 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE skond il-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
ĠU L 202, 3.8.2007, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/18 |
DEĊIŻJONI Nru 930/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ġunju 2007
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE skond il-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-Punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond tas-Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta b’diżastri. |
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat. |
(4) |
L-Ungerija u l-Greċja ppreżentaw applikazzjonijiet sabiex jimmobilizzaw il-Fond, għal żewġ diżastri kkawżati bl-għargħar, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun immobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 24 370 114 f’approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
G. GLOSER
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.