Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0874

    2007/874/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6354)

    ĠU L 344, 28.12.2007, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/874/oj

    28.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 344/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Diċembru 2007

    li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6354)

    (It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

    (2007/874/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu;

    Billi:

    (1)

    L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jassigura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn ifissru għas-saħħa pubblika.

    (2)

    Il-mira tal-Komunità ġiet stabbilità għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ kull serotip tas-salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus fil-livell ta’ produzzjoni primarja bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward ta’ mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2).

    (3)

    Sabiex il-Komunità tikseb il-mira tagħha l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u jissottomettuhom lill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

    (4)

    Ir-Rumanija ppreżentat il-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus.

    (5)

    Il-programm ppreżentat mir-Rumanija nstab li hu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti Veterinarja tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

    (6)

    Il-programm nazzjonali ta’ kontroll ippreżentat mir-Rumanija għandu għalhekk jiġi approvat.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Il-programmi nazzjonali għall-kontroll ta’ salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mir-Rumanija hu approvat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

    (2)  ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).


    Top