Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0872

    2007/872/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Diċembru 2007 dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal- Malus Mill. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2004

    ĠU L 344, 28.12.2007, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/872/oj

    28.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 344/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Diċembru 2007

    dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-Malus Mill. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2004

    (2007/872/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/894/KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-Prunus persica (L.) Batsch, Malus Mill. u Rubus idaeus L. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi,

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2003/894/KE tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu skond id-Direttiva 92/34/KEE fir-rigward tal-Malus Mill. mill-2004 sa l-2008.

    (2)

    It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2004 sa l-2007 għandhom jissoktaw fl-2008,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu

    Il-provi u t-testijiet komparattivi Komunitarji mibdija fl-2004 fuq materjal ta’ propagazzjoni u taħwil tal-Malus Mill. għandhom jissoktaw fl-2008 skond id-Deċiżjoni 2003/894/KE.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/776/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 48)

    (2)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 88.


    Top