(1)
|
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:
“Parti 1
Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)
Pajjiż
|
Kodiċi tat-territorju
|
Deskrizzjoni tat-territorju
|
Ċertifikat veterinarju
|
Kundizzjonijiet speċifiċi
|
Mudell(i)
|
Garanziji Addizzjonali
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
AR – l-Arġentina
|
AR-0
|
|
SPF
|
|
|
AU – l-Awstralja
|
AU-0
|
|
BPP, DOC, HEP, SPF, SRP
|
|
A
|
BPR
|
I
|
|
DOR
|
II
|
|
HER
|
III
|
|
BR – il-Brażil
|
BR-0
|
|
SPF
|
|
|
BR-1
|
L-Istati ta’ Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo
|
BPP, DOC, HEP, SRP
|
|
A
|
BR-2
|
L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul
|
BPR, DOR, HER, SRA
|
|
|
BW – il-Botswana
|
BW-0
|
|
SPF
|
|
|
BPR
|
I
|
|
DOR
|
II
|
|
HER
|
III
|
|
CA – il-Kanada
|
CA-0
|
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SPF, SRP
|
IV
|
|
CH – l-Iżvizzera
|
CH-0
|
|
(**)
|
|
|
CL – iċ-Ċilì
|
CL-0
|
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP
|
|
A
|
HR – il-Kroazja
|
HR-0
|
|
BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SPF, SRA, SRP
|
|
A
|
GL – Greenland
|
GL-0
|
|
SPF
|
|
|
IL – l-Iżrael
|
IL-0
|
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRP
|
IV
|
|
IS – l-Iżlanda
|
IS-0
|
|
SPF
|
|
|
MG – il-Madagaskar
|
MG-0
|
|
SPF
|
|
|
MX – il-Messiku
|
MX-0
|
|
SPF
|
|
|
NA – in-Namibja
|
NA-0
|
|
SPF
|
|
|
BPR
|
I
|
|
DOR
|
II
|
|
HER
|
III
|
|
NZ – New Zealand
|
NZ-0
|
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP
|
|
A
|
PM —
|
San Pierre u Miquelon
|
|
PM-0
|
|
SPF
|
|
|
TH – it-Tajlandja
|
TH-0
|
|
SPF
|
|
|
TN – it-Tuneżija
|
TN-0
|
|
DOR, BPR, BPP, HER, SPF
|
IV
|
|
TR – it-Turkija
|
TR-0
|
|
SPF
|
|
|
US – l-Istati Uniti
|
US-0
|
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP
|
IV
|
|
UY – l-Urugwaj
|
UY-0
|
|
SPF
|
|
|
ZA – l-Afrika t’Isfel
|
ZA-0
|
|
SPF
|
|
|
BPR
|
I
|
|
DOR
|
II
|
|
HER
|
III
|
|
|
(b)
|
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
(i)
|
fit-taqsima bis-subintestatura “Garanziji Addizzjonali (GA)”, jiżdied dan li ġej:
“IV
|
:
|
Garanziji rilevanti għal tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-UE dwar il-kontroll tas-Salmonella, ġew ipprovduti u għandhom jiġu ċċertifikati skond il-mudell BPP, DOC u HEP rispettivament.”
|
|
(ii)
|
wara t-taqsima bis-subintestatura “Garanziji Addizzjonali (GA)”, tiżdied it-taqsima li ġejja:
“Kundizzjonijiet speċifiċi:
‘A’
|
:
|
Il-projbizzjoni ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tjur għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ jum ta’ Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus minħabba li programm ta’ kontroll tas-Salmonella b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 ma ntbagħatx lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.”
|
|
(iii)
|
il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux (BPP) jinbidel b’dan li ġej:
“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għat-tjur għat-għammir jew għall-produzzjoni għajr għal tjur li ma jtirux (BPP)
Test ta 'immaġni
Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibgħuta
PAJJIŻ
Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel.No
I.2. Numru ta' Ċertifikat ta' riferenza
I.2.a.
I.3. Awtorità Ċentrali kompetenti
I.4. Awtorità lokali kompetenti
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz Kodiċi
Postali
Tel.No
I.6.
I.7. Pajjiż ta' oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun ta' origini
Kodiċi
I.9. Pajjiż ta' destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10.
I.11. Pajjiż ta' oriġini/Pajjiż ta' ħsad
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
I.12.
I.13. Post ta' tgħabija
Indirizz
Numru approvat
I.14. Data tat-tluq
Ħin tat-tluq
I.15. Mezz ta' trasport
Ajruplan
Vaxxel
Vagun
Vejikolu tat-triq
Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi Dokumentarji:
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17. Nru.(Nri) tas-CITES
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)
I.20. Numru/Kwantità
I.21.
I.22. Numru ta' pakketti
I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġill
I.24.
I.25. Prodotti ċċertifikati
Tgħammir
I.26.
I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti
Speċi (Isem xjentifiku)
Razza/Kategorija
Kwantità
Test ta 'immaġni
Parti II: Ċertifikazzjoni
PAJJIŻ
BPP tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għar għaltjur li ma jtirux)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li t-tjur (1) deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
II.1.1. jikkonformaw mad-Direttiva 90/539/KEE;
II.1.2. baqgħu fuq it-territorju tal-kodiċi … (2) għal mill-anqas tliet xhur jew minn meta faqqsu fejn għandhom anqas minn tliet xhur; fejn ġew importati fil-pajjiż ta’ l-oriġini, dan sar skond kundizzjonijiet veterinarji li huma mill-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 90/539/KEE u ta’ kwalunkwe Deċiżjoni sussidjarja;
II.1.3. ġejjin mit-territorju tal-kodiċi … (2), fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat, kienu liberi mill-Influwenza tat-Tjur u mill-marda ta’ Newcastle kif imfissra fid-Deċiżjoni 93/342/KEE;
II.1.4. ġew eżaminati fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat u ma wrew l-ebda sinjal kliniku jew ma taw l-ebda raġuni biex jiġu ssuspettati bi kwalunkwe marda;
II.1.5. inżammu minn mindu faqqsu jew għal mill-inqas sitt ġimgħat immedjatament qabel l-esportazzjoni fl-istabbiliment(i) imfissra fil-Kaxxa I.11 ta’ Parti I, li huwa (huma) approvat(i) uffiċjalment skond ir-rekwiżiti li huma għall-anqas ekwivalenti għal dawk li ġew stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE.
(a) l-approvazzjoni tagħhom ma ġietx sospiża jew irtirata;
(b) mhix (mhumiex) soġġetta(i) għal kwalunkwe restrizzjoni sanitarja ta’ l-annimali;
(ċ) f’raġġ ta’ 25 km fejn, inkluż, fejn huwa xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta’ l-Influwenza tat-Tjur jew tal-marda ta’ Newcastle għal mill-anqas 30 jum;
II.1.6. matul il-perjodu li jissemma fil-II.1.5, ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ tjur li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti f’dan iċ-ċertifikat jew ma’ tjur selvaġġi;
II.1.7. ġejjin minn qatgħa li:
(a) ġiet eżaminata mhux aktar minn 24 siegħa qabel it-tagħbija u ma wriet l-ebda sinjal kliniku ta’ jew ma tat l-ebda raġuni biex tkun issuspettata bi kwalunkwe marda;
(b) għaddiet minn programm ta’ sorveljanza tal-mard għal:
(3) jew [(i) Salmonella pullorum, S. gallinarum u Mycoplasma gallisepticum (tajr);]
(3) u/jew [(ii) Salmonella arizonae, S. pullorum u S. gallinarum, Mycoplasma meleagridis u M. gallisepticum (dundjani);]
(3) u/jew [(iii) Salmonella pullorum u S. gallinarum (farawni, summien, faġani, perniċi u papri)]
skond il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE u ma nstabx li kienet infettata, jew tat xi raġuni biex ikun hemm suspett ta’ infezzjoni, minn dawn l-aġenti;
(3) jew [(c) [tlaqqmet kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(3) jew ma tlaqqmitx kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(isem u tip (ħaj jew inattiv) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użat fil-vaċċin(i))
fl-età ta’ … ġimgħat]
(3) [(d) tlaqqmet billi ntużaw vaċċini approvati uffiċjalment fi
… kontra … (irrepeti kif meħtieġ)]
Test ta 'immaġni
II.2. Garanziji addizzjonali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li:
(5) [II.2.1. fejn il-kunsinna tkun maħsuba għal Stat Membru jew reġjun li l-istatus tiegħu ġie stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, it-tjur deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
(a) ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Newcastle;
(b) inżammu iżolati għal erbatax-il jum qabel il-kunsinna, jew fi stabbiliment jew f’faċilità tal-kwarantina taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali. F’dan ir-rigward, l-ebda tajr fl-istabbiliment ta’ l-oriġini jew fil-faċilità tal-kwarantina, skond kif japplika, ma ġie imlaqqam kontra l-marda ta’ Newcastle matul il-21 jum ta’ qabel il-kunsinna, u l-ebda tajra li ma kinetx maħsuba għall-kunsinna ma ddaħħlet fl-istabbiliment jew fil-faċilità tal-kwarantina matul dak iż-żmien; barra minn hekk, ma sar l-ebda tilqim fil-faċilità tal-kwarantina;
(ċ) sarilhom eżami seroloġiku għall-preżenza ta’ l-antikorpi tal-marda ta’ Newcastle fl-14-il jum ta’ qabel il-kunsinna, b’riżultati negattivi;]
II.2.2. il-garanziji addizzjonali li ġejjin stipulati mill-Istat Membru tad-destinazzjoni skond l-Artikoli 13 u/jew 14 tad-Direttiva 90/539/KEE huma previsti:
…;
(4) II.2.3. [jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni huwa l-Finlandja jew l-Iżvezja, it-tjur għat-tgħammir ġew ittestjati, b’riżultati negattivi, skond ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE;]
(4) II.2.4. [jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni huwa l-Finlandja jew l-Iżvezja, it-tiġieġ tal-bajd (tjur tal-produzzjoni mrobbija bil-għan li jipproduċu l-bajd għall-konsum) ġew ittestjati, b’riżultati negattivi, skond ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE.]
(6) II.2.5. [Il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-qatgħa ta’ oriġini u l-qatgħa ġiet ittestjata għal serotipi ta’ Salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika.
Data ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni tal-qatgħa li r-riżultat ta’ l-ittestjar tagħha huwa magħruf: …
Riżultat ta’ l-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(3) (7) jew [pożittiv;]
(3) (7) jew [negattiv]
Għal raġunijiet għajr għall-programm ta’ kontroll tas-Salmonella, fl-aħħar 3 ġimgħat qabel l-importazzjoni
(3) jew l-antimikrobiċi ma ġewx amministrati lil tjur għat-tgħammir jew għall-produzzjoni għajr għal dawk it-tjur li ma jtirux
(3) (4) jew l-antimikrobiċi li ġejjin ġew amministrati lil tjur għat-tgħammir jew għal-produzzjoni għajr għal dawk it-tjur li ma jtirux: …;]
(6) II.2.6. [Jekk tjur għat-tgħammir, ma nstabet la s-Salmonella Enteritidis u lanqas is-Salmonella Typhimurium fi ħdan il-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2.5.]
(8) [II.3. Rekwiżiti addizzjonali ta’ saħħa
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li, għalkemm l-użu tat-tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jissodisfax ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-Anness B(2) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE mhux ipprojbit fi … (2), it-tjur deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
(a) ma tlaqqmux għal mill-inqas tnax-il xahar b’vaċċini bħal dawn;
(b) ġejjin minn qatgħa li għaddiet minn test ta’ iżolazzjoni tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle, imwettaq f’laboratorju uffiċjali mhux qabel 14-il jum qabel il-kunsinna fuq kampjun meħud għall-għarrieda ta’ imselħiet mill-kavità ġenitali u intestinali ta’ mill-anqas 60 tajra ta’ kull qatgħa u li fihom ma nstab l-ebda paramiksovajrus tat-tjur b’Indiċi ta’ Livell Patoġeniku fil-Moħħ (Intracerebral Pathogenicity Index: I.C.P.I.) ta’ iktar minn 0.4;
(ċ) fis-60 jum ta’ qabel il-kunsinna ma kinux f’kuntatt ma’ tjur li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet f’(a) u (b);
[(d) inżammu iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fl-istabbiliment ta’ l-orġini matul l-14-il jum msemmija f’(b).]
Test ta 'immaġni
II.4. Attestazzjoni tat-trasport ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll, li t-tjur iridu jiġu ttrasportati f’kaxex jew gaġeġ li:
(a) fihom biss tjur ta’ l-istess speċi, kategorija u tip, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;
(b) ikollhom in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini;
(ċ) ikunu magħluqa bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti biex tiġi evitata kull possibilità ta’ sostituzzjoni tal-kontenut;
(d) barra minn hekk il-vetturi li fihom se jiġu ttrasportati, ikunu ddisinjati biex:
(i) jipprevjenu li jaqa’ l-ħmieġ ta’ l-annimali u jnaqqsu kemm jista’ jkun it-telf ta’ rix matul it-trasport;
(ii) jippermettu l-ispezzjoni viżwali tat-tjur;
(iii) jippermettu t-tindif u d-diżinfettazzjoni;
(e) tnaddfu u ġew iddiżinfettati, l-istess bħall-vetturi li fihom se jiġu ttrasportati, qabel it-tagħbija skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.8: ipprovdi l-kodiċi għar-reġjun ta’ l-oriġini, jekk meħtieġ, kif definit skond il-kodiċi tat-territorju fil-kolonna 2, Parti I ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
Kaxxa I.11: L-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-tgħammir u tat-trobbija.
Kaxxa I.15: Indika n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u trakkijiet, l-isem tal-vapuri u, jekk magħruf, in-numri tat-titjira ta’ l-ajruplan. F’każ ta’ trasport fil-kaxex jew f’kontenituri, in-numru totali ta’ dawn u n-numri tar-reġistrazzjoni u s-siġilli tagħhom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu indikati fil-kaxxa I.23.
Kaxxa I.19: uża l-kodiċi HS xieraq: 01.05 jew 01.06.39.
Kaxxa I.28 (Kategorija): agħżel waħda milli ġejjin: Linja pura/nanniet/ġenituri/għattuq li jbid/oħrajn.
Parti II:
(1) Tjur għat-tgħammir u tjur għall-produzzjoni kif definiti fid-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
(2) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2, Parti 1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
(3) Żomm kif ikun xieraq.
(4) Imla jekk inhu l-każ.
(5) Meta l-kunsinna mhix maħsuba għal Stati Membri jew reġjuni bħal dawn (attwalment il-Finlandja u l-Iżvezja), il-garanziji mogħtija fil-punt II.2.1 għandhom jitħassru.
(6) Il-garanziji mogħtija fil-punti II.2.5 u II.26 japplikaw biss għat-tjur ta’ l-ispeċi Gallus gallus, u dawn japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2009, jekk it-tjur jitrabba biss għall-produzzjoni tal-laħam.
(7) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi hawn taħt matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
qatgħat ta’ tjur għat-tgħammir Salmonella Hadar, Salmonella Virchow u Salmonella Infantis
qatgħat ta’ tjur għall-produzzjoni: Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium
(8) Din il-garanzija għandha tingħata biss għal tjur li joriġinaw minn pajjiżi jew minn partijiet tagħhom fejn japplika l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE. Din għandha titħassar fil-każ ta’ tjur li ġej minn pajjiżi oħrajn.
Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem.
Veterinarju uffiċjali
Isem (b’ ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Awtorità Kompetenti Lokali:
Data:
Firma:
Timbru:”
|
(iv)
|
il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux (DOC) jinbidel b’dan li ġej:
“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux (DOC)
Test ta 'immaġni
Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibgħuta
PAJJIŻ
Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel.No
I.2. Numru ta' Ċertifikat ta' riferenza
I.2.a.
I.3. Awtorità Ċentrali kompetenti
I.4. Awtorità lokali kompetenti
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz Kodiċi
Postali
Tel.No
I.6.
I.7. Pajjiż ta' oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun ta' origini
Kodiċi
I.9. Pajjiż ta' destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10.
I.11. Pajjiż ta' oriġini/Pajjiż ta' ħsad
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
I.12.
I.13. Post ta' tgħabija
Indirizz Numru approvat
I.14. Data tat-tluq Ħin tat-tluq
I.15. Mezz ta' trasport
Ajruplan
Vaxxel
Vagun
Vejikolu tat-triq
Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi Dokumentarji:
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17. Nru.(Nri) tas-CITES
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)
I.20. Numru/Kwantità
I.21.
I.22. Numru ta' pakketti
I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġill
I.24.
I.25. Prodotti ċċertifikati
Tgħammir
I.26.
I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti
Speċi (Isem xjentifiku)
Razza/Kategorija
Kwantità
Test ta 'immaġni
Parti II: Ċertifikazzjoni
PAJJIŻ
DOC (flieles ta’ jum għajr għal dawk ta’ tjur li ma jtirux)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-flieles ta’ jum (1) deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
II.1.1. jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/539/KEE;
II.1.2. tfaqqsu fit-territorju tal-kodiċi … (2). Meta l-qatgħat li l-bajd għat-tfaqqis ġew minnhom ġew importati fil-pajjiż ta’ l-oriġini, dan sar skond il-kundizzjonijiet veterinarji li huma mill-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 90/539/KEE u ta’ kull Deċiżjoni sussidjarja;
II.1.3. ġejjin mit-territorju tal-kodiċi … (2), li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat, kien liberu mill-influwenza tat-tjur u mill-marda ta’ Newcastle kif definiti fid-Deċiżjoni 93/342/KEE;
II.1.4. ġew eżaminati fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat u ma wrew l-ebda sinjali kliniċi ta’ jew ma taw l-ebda raġuni biex jiġu ssuspettati b’kull marda;
II.1.5. tfaqqsu fl-istabbiliment(i) definit(i) fil-Kaxxa I.11 tal-Parti I uffiċjalment approvat(i) skond ir-rekwiżiti li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE:
(a) l-approvazzjoni tagħhom ma ġietx sospiża jew irtirata;
(b) li, fil-ħin tal-kunsinna, kien(u) suġġett(i) għal kull restrizzjoni tas-saħħa ta’ l-annimal;
(ċ) f’raġġ ta’ 25 km fejn, inkluż, fejn huwa xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta’ l-Influwenza tat-Tjur jew tal-marda ta’ Newcastle għal mill-anqas 30 jum;
II.1.6. ma ġewx f’kuntatt ma’ tjur li ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati f’dan iċ-ċertifikat jew ma’ tjur selvaġġi;
II.1.7. tfaqqsu minn bajd li ġej minn qatgħat li:
(a) inżammu għal mill-anqas sitt ġimgħat immedjatament qabel l-esportazzjoni fi stabbilimenti approvati uffiċjalment, li l-approvazzjoni tagħhom, fiż-żmien tal-kunsinna tal-bajd għat-tfaqqis lejn il-mafqas, ma ġietx sospiża jew irtirata;
(b) ma jinstabux f’reġjuni li mhumiex ħielsa mill-Influwenza tat-Tjur jew mill-marda ta’ Newcastle;
(ċ) fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ jew ma taw l-ebda raġuni biex jiġu ssuspettati bi kwalunkwe marda;
(d) għaddew minn programm ta’ sorveljanza tal-mard għal:
(3) jew [Salmonella pullorum, S. gallinarum u Mycoplasma gallisepticum (tajr)];
(3) u/jew [Salmonella arizonae, S. pullorum u S. gallinarum, Mycoplasma meleagridis u M. gallisepticum (dundjani)];
(3) u/jew [Salmonella pullorum u S. gallinarum (farawni, summien, faġani, perniċi u papri)]
skond il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE u ma nstabx li kienu infettati, jew taw xi raġuni biex ikun hemm suspett ta’ infezzjoni, minn dawn l-aġenti;]
(3) jew [(e) ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(isem u tip (ħaj jew inattiv) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użat fil-vaċċin(i))
fl-età ta’ … ġimgħat]
(3) [(f) tlaqqmu billi ntużaw vaċċini approvati uffiċjalment
fi … kontra … (irrepeti kif meħtieġ)]
Test ta 'immaġni
II.1.8. tfaqqsu minn bajd li:
(a) qabel il-kunsinna lejn il-mafqas, kien immarkat skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti;
(b) kien ġie ddiżinfettat skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti.
II.1.9. tfaqqsu fi … (dati).
II.1.10. tlaqqmu b’vaċċini approvati uffiċjalment fi …, kontra … (irrepeti kif meħtieġ)
II.2. Garanziji addizzjonali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li:
(5) [II.2.1. fejn il-kunsinna hija maħsuba għal Stat Membru jew għal reġjun li l-istatus tiegħu ġie stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, il-flieles ta’ jum deskritti f’dan iċ-ċertifikat ġejjin minn bajd għat-tfaqqis li ġej minn qatgħat li:
(3) jew [(i) ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [(ii) tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċin inattiv;]
(3) jew [(iii) tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin ħaj sa mhux aktar tard minn 60 ġurnata qabel id-data li fiha nġabar il-bajd.]
II.2.2. il-garanziji addizzjonali li ġejjin, stipulati mill-Istat Membru tad-destinazzjoni skond l-Artikoli 13 u/jew 14 tad-Direttiva 90/539/KEE huma previsti:
…;
(4) II.2.3. jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni huwa l-Finlandja jew l-Iżvezja, il-flieles ta’ jum biex jiddaħħlu f’qatgħat tat-tjur għat-tgħammir jew f’qatgħat ta’ tjur għall-produzzjoni ġejjin minn qatgħat li ġew ittestjati b’riżultati negattivi skond ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
(6) II.2.4. [Il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-qatgħa ġenitur ta’ oriġini u din il-qatgħa ġenitur ġiet ittestjata għal serotipi ta’ Salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika.
Data ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni tal-qatgħa ġenitur li r-riżultat ta’ l-ittestjar tagħha huwa magħruf: …
Riżultat ta’ l-ittestjar kollu tal-qatgħa ġenitur:
(3) (7) jew [pożittiv;]
(3) (7) jew [negattiv]
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-flieles ta’ jum.
Għal raġunijiet għajr għall-programm ta’ kontroll tas-Salmonella,
(3) jew l-antimikrobiċi ma ġewx amministrati lill-flieles ta’ jum (inkluża injezzjoni tal-bajda femminili)
(3) (4) soit l-antimikrobiċi li ġejjin ġew amministrati lill-flieles ta’ jum (inkluża injezzjoni tal-bajda femminili):
…]
(6) II.2.5. [Jekk il-flieles ta’ jum huma maħsuba għat-tgħammir, ma nstabet la s-Salmonella Enteritidis u lanqas is-Salmonella Typhimurium fi ħdan il-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2.4.]
(8) [II.3. Rekwiżiti addizzjonali ta’ saħħa
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li, għalkemm l-użu tat-tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jissodisfax ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-Anness B(2) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE mhux ipprojbit fi … (2):
Test ta 'immaġni
II.3.1. it-tjur għat-tgħammir li minnhom ġejjin il-flieles ta’ jum:
(a) ma tlaqqmux għal mill-inqas 12-il xahar b’vaċċini bħal dawn;
(b) ġejjin minn qatgħa li għaddiet minn test ta’ iżolazzjoni tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle, imwettaq f’laboratorju uffiċjali mhux qabel 14-il jum qabel il-kunsinna fuq kampjun meħud għall-għarrieda ta’ imselħiet mill-kavità ġenitali u intestinali ta’ mill-anqas 60 tajra ta’ kull qatgħa u li fihom ma nstab l-ebda paramiksovajrus tat-tjur b’Indiċi ta’ Livell Patoġeniku fil-Moħħ (Intracerebral Pathogenicity Index: I.C.P.I.) ta’ iktar minn 0.4;
(ċ) fis-60 jum ta’ qabel il-kunsinna ma ġewx f’kuntatt ma’ tjur li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet f’(a) u (b);
(d) nżammu iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fl-istabbiliment ta’ l-oriġini matul il-perjodu ta’ 14-il jum msemmi f’(b), u
II.3.2. il-bajd għat-tfaqqis li minnhom tfaqqsu ma ġewx f’kuntatt fil-mafqas jew matul it-trasport ma’ bajd jew tjur li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq.]
II.4. Attestazzjoni tat-trasport ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li:
II.4.1. il-flieles ta’ jum deskritti f’dan iċ-ċertifikat għandhom jiġu ttrasportati f’kaxxi li jintużaw għall-ewwel darba biex wara jintremew u:
(a) fihom biss flieles ta’ jum ta’ l-istess speċi, kategorija u tip, li ġejjin mill-istess stabbiliment;
(b) ikollhom it-tagħrif li ġej:
l-isem tal-pajjiż tal-kunsinna,
l-ispeċi tat-tjur ikkonċernati,
l-għadd ta’ flieles,
il-kategorija u t-tip ta’ produzzjoni li għalihom ikunu maħsuba,
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni,
in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini,
l-Istat Membru tad-destinazzjoni;
(ċ) ikunu magħluqa bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti biex tiġi evitata kull possibilità ta’ sostituzzjoni tal-kontenut;
II.4.2. il-kontenituri u l-vetturi li fihom ġew ittrasportati l-kaxxi msemmija f’II.4.1, tnaddfu u ġew iddiżinfettati qabel it-tagħbija skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.8: ipprovdi l-kodiċi għar-reġjun ta’ l-oriġini, jekk meħtieġ, kif definit skond il-kodiċi tat-territorju fil-kolonna 2, Parti I ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
Kaxxa I.11: L-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-approvazzjoni tal-mafqas u ta’ l-istabbiliment tat-tgħammir.
Kaxxa I.15: Indika n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u trakkijiet, l-isem tal-vapuri u, jekk magħruf, in-numri tat-titjira ta’ l-ajruplan. F’każ ta’ trasport fil-kontenituri jew fil-kaxex, l-għadd totali ta’ dawn u n-numri tar-reġistrazzjoni u s-siġilli tagħhom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu indikati fil-kaxxa I.23.
Kaxxa I.19: uża l-kodiċi HS xieraq: 01.05 jew 01.06.39.
Kaxxa I.28: (Kategorija): agħżel waħda milli ġejjin: Linja pura/nanniet/ġenituri/stokk li jbid/brojlers/oħrajn.
Test ta 'immaġni
Parti II:
(1) “Flieles ta’ jum” kif definiti fid-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
(2) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2, Parti 1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
(3) Żomm kif ikun xieraq.
(4) Imla jekk inhu l-każ.
(5) Meta l-kunsinna mhix maħsuba għal Stati Membri jew reġjuni bħal dawn (attwalment il-Finlandja u l-Iżvezja), il-garanziji mogħtija fil-punt II.2.1 għandhom jitħassru.
(6) Il-garanziji mogħtija taħt il-punti II.2.4 u II.2.5 japplikaw biss jekk il-flieles ta’ jum huma ta’ l-ispeċi Gallus gallus u, dawn japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2009, jekk il-flieles ta’ jum jitrabbew biss għall-produzzjoni tal-laħam.
(7) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi li ġejjin matul il-ħajja tal-qatgħa ġenitur, indika bħala pożittiv: Salmonella Infantis, Salmonella Virchow u Salmonella Hadar.
(8) Din il-garanzija għandha tingħata biss għal tjur li joriġinaw minn pajjiżi jew minn partijiet tagħhom fejn japplika l-Artikolu 4 (4) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE. Din għandha titħassar fil-każ ta’ tjur li ġej minn pajjiżi oħrajn.
Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem
Veterinarju uffiċjali
Isem (b’ ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Awtorità Kompetenti Lokali:
Data:
Firma:
Timbru:”
|
(v)
|
il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal bajd għat-tfaqqis ta’ tjur għajr għal tjur li ma jtirux (HEP) jinbidel b’dan li ġej:
“Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tfaqqis ta’ tjur għajr għal tjur li ma jtirux (HEP)
Test ta 'immaġni
Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibgħuta
PAJJIŻ
Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel.No
I.2. Numru ta' Ċertifikat ta' riferenza
I.2.a.
I.3. Awtorità Ċentrali kompetenti
I.4. Awtorità lokali kompetenti
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz Kodiċi
Postali
Tel.No
I.6.
I.7. Pajjiż ta' oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun ta' origini
Kodiċi
I.9. Pajjiż ta' destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10.
I.11. Pajjiż ta' oriġini/Pajjiż ta' ħsad
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
Isem
Numru approvat
Indirizz
I.12.
I.13. Post ta' tgħabija
Indirizz Numru approvat
I.14. Data tat-tluq Ħin tat-tluq
I.15. Mezz ta' trasport
Ajruplan
Vaxxel
Vagun
Vejikolu tat-triq
Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi Dokumentarji:
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17. Nru.(Nri) tas-CITES
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)
04.07
I.20. Numru/Kwantità
I.21.
I.22. Numru ta' pakketti
I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/ Numru ta' siġill
I.24.
I.25. Prodotti ċċertifikati
Tgħammir
I.26.
I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti Speċi (Isem xjentifiku)
Speċi (Isem xjentifiku)
Razza/Kategorija
Sistema ta’ identifikazzjoni
Numru ta’ identifikazzjoni
Kwantità
Test ta 'immaġni
Parti II: Ċertifikazzjoni
PAJJIŻ
HEP (bajd għat-tfaqqis ta’ tjur għajr għal tjur li ma jtirux)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-bajd għat-tfaqqis (1) deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
II.1.1. jikkonforma mad-Direttiva 90/539/KEE;
II.1.2. ġej minn qatgħat li baqgħu fit-territorju tal-kodiċi … (2) għal mill-anqas tliet xhur. Meta dawn il-qatgħat kienu importati fil-pajjiż ta’ l-oriġini, dan sar skond kundizzjonijiet veterinarji li huma mill-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 90/539/KEE u ta’ kull Deċiżjoni sussidjarja;
II.1.3. ġej mit-territorju tal-kodiċi … (2), li fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat kien liberu mill-Influwenza tat-Tjur u mill-marda ta’ Newcastle kif iddefiniti fid-Deċiżjoni 93/342/KEE;
II.1.4. ġej minn qatgħat li:
(a) ġew eżaminati fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat u ma wrew l-ebda sinjali kliniċi ta’ jew ma taw l-ebda raġuni biex jiġu ssuspettati bi kwalunkwe marda;
(b) inżammu għal mill-anqas sitt ġimgħat immedjatament qabel l-esportazzjoni fl-istabbiliment(i) definit(i) fil-Kaxxa I.11 ta’ Parti I, li huwa (huma) approvat(i) uffiċjalment skond ir-rekwiżiti li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE:
l-approvazzjoni tagħhom ma ġietx sospiża jew irtirata;
mhix (mhumiex) soġġetta(i) għal kull restrizzjoni sanitarja ta’ l-annimali;
f’raġġ ta’ 25 km fejn, inkluż, fejn huwa xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta’ l-Influwenza tat-Tjur jew tal-marda ta’ Newcastle għal mill-anqas 30 jum;
(ċ) matul il-perjodu msemmi f’(b), ma ġewx f’kuntatt ma’ tjur li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan iċ-ċertifikat jew ma’ tjur selvaġġi;
(d) għaddew minn programm ta’ sorveljanza tal-mard għal:
(3) jew [Salmonella pullorum, S. gallinarum u Mycoplasma gallisepticum (tajr);]
(3) u/jew [Salmonella arizonae, S. pullorum u S. gallinarum, Mycoplasma meleagridis u M. gallisepticum (dundjani);]
(3) u/jew [Salmonella pullorum u S. gallinarum (farawni, summien, faġani, perniċi u papri)]
skond il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE u ma nstabux li kienu infettati, jew taw xi raġuni biex ikun hemm suspett ta’ infezzjoni, minn dawn l-aġenti;
(3) jew (e) [ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(isem u tip (ħaj jew inattiv) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użat fil-vaċċin(i))
fl-età ta’ … ġimgħat]
(3) [(f) tlaqqmu billi ntużaw vaċċini approvati uffiċjalment
fi … kontra … (irrepeti kif meħtieġ)]
II.1.5. ġew immarkati kif indikat fil-punt I.28 taċ-ċertifikat billi ntużat … (linka tal-kulur);
II.1.6. ġew iddiżinfettati skond l-istruzzjonijiet tiegħi, bl-użu ta’…(l-isem tal-prodott u s-sustanza attiva) għal … (ħin f’minuti);
II.1.7 inġabru minn … sa … (dati).
Test ta 'immaġni
II.2. Garanziji addizzjonali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li:
(4) [II.2.1. meta l-kunsinna tkun maħsuba għal Stat Membru jew reġjun li l-istatus tiegħu ġie stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, il-bajd għat-tfaqqis deskritt f’dan iċ-ċertifikat ġej minn tjur li:
(3) jew (a) ma tlaqqmux kontra l-marda ta’ Newcastle,
(3) jew (b) tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċin inattiv,
(3) jew (ċ) tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin ħaj sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data msemmija fil-punt II.1.7 hawn fuq.]
II.2.2. il-garanziji addizjonali li ġejjin, stipulati mill-Istat Membru tad-destinazzjoni skond l-Artikoli 13 u/jew 14 tad-Direttiva 90/539/KEE, huma previsti:
…;
(3) II.2.3. jekk l-Istat Membru ta’ destinazzjoni huwa l-Finlandja jew l-Iżvezja, il-bajd għat-tfaqqis ġej minn qatgħat li ġew ittestjati, b’riżultati negattivi, skond ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
(5) II.2.4. [Il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u tilqim fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-qatgħa ġenitur ta’ oriġini u din il-qatgħa ġenitur ġiet ittestjata għal serotipi ta’ Salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika.
Data ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni tal-qatgħa ġenitur li r-riżultat ta’ l-ittestjar tagħha huwa magħruf: …
Riżultat ta’ l-ittestjar kollu fil-qatgħa ġenitur:
(3) (6) jew [pożittiv;]
(3) (6) jew [negattiv]
(5) II.2.5. [La s-Salmonella Enteritidis u lanqas is-Salmonella Typhimurium ma nstabu fi ħdan il-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2.4.
(7) [II.3. Rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali għall-pajjiżi li mhumiex ħielsa mill-marda ta Newcastle
Jien, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li għalkemm l-użu tal-vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-Anness B(2) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE mhux ipprojbit fi … (2), it-tjur li minnhom ġew il-bajd għat-tfaqqis:
(a) ma tlaqqmux għal mill-inqas 12-il xahar b’vaċċini bħal dawn;
(b) ġejjin minn qatgħa li għaddiet minn test ta’ iżolament tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle, imwettaq f’laboratorju uffiċjali mhux qabel 14-il jum qabel il-kunsinna fuq kampjun meħud għall-għarrieda ta’ imselħiet mill-kavità ġenitali u intestinali ta’ mill-anqas 60 tajra ta’ kull qatgħa kkonċernata u li fihom ma nstab l-ebda paramiksovajrus tat-tjur b’Indiċi ta’ Livell Patoġeniku fil-Moħħ (Intracerebral Pathogenicity Index: I.C.P.I.) ta’ iktar minn 0.4;
(ċ) fis-60 jum ta’ qabel il-kunsinna ma ġewx f’kuntatt ma’ tjur li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet f’(a) u (b);
(d) inżammu iżolati taħt sorveljanza uffiċjali fl-istabbiliment ta’ l-oriġini matul il-perjodu ta’ 14-il jum msemmi f’(b).]
II.4. Attestazzjoni tat-trasport ta’ l-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika wkoll li:
Test ta 'immaġni
II.4.1. il-bajd għat-tfaqqis irid jinġarr f’kaxxi nodfa ħafna, li jintużaw għall-ewwel darba biex wara jintremew, u li:
(a) jkun fihom biss bajd għat-tfaqqis ta’ l-istess speċi, kategorija u tip li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;
(b) ikollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:
l-isem tal-pajjiż tal-kunsinna,
l-ispeċi tat-tjur ikkonċernati,
l-għadd tal-bajd,
il-kategorija u t-tip ta’ produzzjoni li għalihom ikunu maħsuba,
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment tal-produzzjoni,
in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini,
l-Istat Membru tad-destinazzjoni;
(c) ikunu magħluqa bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti biex tiġi evitata kull possibilità ta’ sostituzzjoni tal-kontenut;
II.4.2. il-kontenituri u l-vetturi li fihom ġew ittrasportati l-kaxxi msemmija f’II.4.1, tnaddfu u ġew iddiżinfettati qabel it-tagħbija skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.8: ipprovdi l-kodiċi għar-reġjun ta’ l-oriġini, jekk meħtieġ, kif definit skond il-kodiċi tat-territorju fil-kolonna 2, Parti I ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
Kaxxa I.11: L-isem, l-indirizz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-tgħammir.
Kaxxa I.15: Indika n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u trakkijiet, l-isem tal-vapuri u, jekk magħruf, in-numri tat-titjira ta’ l-ajruplan. F’każ ta’ trasport f’kontenituri jew f’kaxex, l-għadd totali ta’ dawn u n-numri tar-reġistrazzjoni u tas-siġilli tagħhom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu indikati fil-kaxxa I.23.
Kaxxa I.28 (Kategorija): agħżel waħda milli ġejjin: Linja pura/nanniet/ġenituri/għattuq li jbid/bajd tad-dundjani għall-konsum/oħrajn; (Sistema ta’ Identifikazzjoni u Numru ta’ Identifikazzjoni): introduċi l-marka tal-bajda.
Parti II:
(1) Għall-bajd għat-tfaqqis tat-tjur kif definiti fid-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendat l-aħħar] bl-eċċezzjoni ta’ l-għasafar li ma jtirux.
(2) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2, Parti 1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [kif emendata l-aħħar].
(3) Żomm kif ikun xieraq.
(4) Meta l-kunsinna mhix maħsuba għal reġjun jew Stati Membri jew reġjuni bħal dawn (attwalment il-Finlandja u l-Iżvezja), il-garanziji mogħtija fil-punt II.2.1 għandhom jitħassru.
(5) Il-garanziji mogħtija fil-punti II.2.4 u II.2.5 japplikaw biss għat-tjur li huma parti mill-ispeċi Gallus gallus.
(6) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi li ġejjin matul il-ħajja tal-qatgħa ġenitur, indika bħala pożittiv: Salmonella Infantis, Salmonella Virchow u Salmonella Hadar.
(7) Din il-garanzija għandha tingħata biss għal tjur li joriġinaw minn pajjiżi jew minn partijiet tagħhom fejn japplika l-Artikolu 4 (4) tad-Deċiżjoni 93/342/KEE. Din għandha titħassar fil-każ ta’ tjur li ġej minn pajjiżi oħrajn.
Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem.
Veterinarju uffiċjali
Isem (b’ ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Awtorità Kompetenti Lokali:
Data:
Firma:
Timbru:”
|
|
|