Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0770

2007/770/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5914) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 311, 29.11.2007, pp. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/770/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta’ l-irziezet fir-Rumanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5914)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/770/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' l-influwenza avjarja ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 tat-tjur fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom jiġu applikati biex jipprevjenu t-tifrix ta' dik il-marda, inkluż il-ħolqien ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

(2)

Ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' influwenza avjarja ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'azjenda domestika fit-territorju tagħha fil-Kontea ta’ Tulcea u ħadet il-miżuri xierqa kif previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż il-ħolqien taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mar-Rumanija, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Zoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tat-tifqigħa. Għalhekk, iż-Żoni A u B fir-Rumanija jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat fi qbil mat-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/41/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/731/KE (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 28).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-test li ġej jiżdied mal-Parti A:

“Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Iż-Żona A

Data sa meta jibqa’ applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)

Kodiċi (jekk disponibbli)

L-isem

RO

IR-RUMANIJA

 

 

31.12.2007”

Żona ta’ ħarsien

00038

(1)

Murighiol

Żona ta’ sorveljanza

00038

(1)

Dunavatu de Jos

(2)

Dunavatu de Sus

(3)

Colina

(4)

Plopu

(5)

Sarinasuf

(6)

Mahmudia

(2)

It-test li ġej jiżdied mal-Parti B:

“Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Iż-Żona B

Data sa meta jibqa’ applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)

Kodiċi (jekk disponibbli)

L-isem

RO

IR-RUMANIJA

00038

Il-Kontea ta’ Tulcea

31.12.2007”


Top