Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0752

    2007/752/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ embrijoni fil-Kanada, fi New Zealand u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5457) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 304, 22.11.2007, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/752/oj

    22.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 304/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta’ Novembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ embrijoni fil-Kanada, fi New Zealand u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5457)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/752/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju f’pajjiżi terzi u l-importazzjoni minnhom ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni tal-bovini lill-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni biss minn pajjiżi terzi fejn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    New Zealand talbet li jitneħħa tim wieħed mill-gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijoni mil-lista fir-rigward ta’ l-entrati għal dan il-pajjiż.

    (3)

    Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dawk il-listi fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijoni.

    (4)

    Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli adattati stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi kkonċernati ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijoni ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

    (2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/558/KE (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 18).


    ANNESS

    L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni mill-Kanada E876 hija mibdula b’dan li ġej:

    “CA

     

    E876

     

    22 rue Principale

    Plaisance, Québec J0V 1S0

    Dr Pierre Thibaudeau”

    (2)

    ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni minn New Zealand NŻEB11 hija mħassra.

    (3)

    ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TX050 E548 tinbidel b’dan li ġej:

    “US

     

    91TX050

    E548

     

    Buzzard Hollow Ranch

    500 Coates RD

    Granbury, TX 67048

    Dr Brad Stroud”

    (4)

    ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TN006 E538 tinbidel b’dan li ġej:

    “US

     

    91TN006

    E538

     

    Harrogate Genetics Intl, INC

    6664 Cumberland Gap PKWY

    Harrogate, TN 37752

    Dr Edwin Robertson”

    (5)

    ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TN007 E538 tinbidel b’dan li ġej:

    “US

     

    91TN007

    E538

     

    Harrogate Genetics Intl, INC

    6664 Cumberland Gap PKWY

    Harrogate, TN 37752

    Dr Sam Edwards”

    (6)

    tiddaħħal ir-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

    “US

     

    07NC132

    E705

     

    PVC Embryo Services

    110 Hyman DR

    Postville, IA 52162

    Dr Justin Helgerson”


    Top