Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0728

    2007/728/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2007 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 294, 13.11.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/728/oj

    13.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 294/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta’ Novembru 2007

    li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2007/728/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Wara tmiem il-mandat tas-Sur Francisco José IRIBARREN FENTANES, sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Alberto CATALÁN HIGUERAS, Consejero de Relaciones Institucionales y Portavoz del Gobierno de la Comunidad Foral de Navarra, huwa maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. PEREIRA


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top