This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0726
2007/726/EC: Decision of the European Parliament and of the Council of 23 October 2007 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in application of point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management
2007/726/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
2007/726/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
ĠU L 294, 13.11.2007, pp. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
13.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/21 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ottubru 2007
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2007/726/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),
Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li saru redundant minħabba li sofrew mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat. |
|
(4) |
Franza ppreżentat applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, minħabba żewġ każi ta’ ħaddiema li saru redundant fil-qasam tal-karozzi: Peugeot SA u Renault SA, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun immobilizzat għal ammont totali ta’ EUR 3 816 280.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 23 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES