Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0666

2007/666/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Ottubru 2007 dwar in-nomina ta' membru wieħed tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

ĠU L 271, 16.10.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/666/oj

16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2007

dwar in-nomina ta' membru wieħed tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

(2007/666/KE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 (1) dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

Billi:

(1)

Dr. CASINI rriżenja minn Membru ta’ l-EGE, b’konsegwenza tan-nomina tiegħu bħala MPE, b’ittra fit-12 ta’ Lulju 2006.

(2)

il-Kummissjoni mbagħad ippubblikat Sejħa għall-applikazzjonijiet rigward l-għażla ta’ membru ġdid tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda – fil-15 ta’ Marzu 2007 – u Ġurija komposta minn persunal fi gradi għoljin tal-Kummissjoni evalwat l-applikazzjonijiet riċevuti u ppreparat lista qasira għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Francesco D. BUSNELLI huwa nnominat bħala membru ta’ l-EGE għall-perjodu kopert mill-EGE kurrenti (2005-2009), minflok l-ex Membru Carlo CASINI.

Artikolu 2

Il-mandat tal-membru l-ġdid ta’ l-EGE jidħol fis-seħħ fl-istess jum ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.


Top