Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0653

    2007/653/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Ottubru 2007 li tistipula għas-sena finanzjarja 2007 allokazzjonijiet finanzjarji fissi għall-Istati Membri, fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4524)

    ĠU L 262, 9.10.2007, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/653/oj

    9.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 262/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' Ottubru 2007

    li tistipula għas-sena finanzjarja 2007 allokazzjonijiet finanzjarji fissi għall-Istati Membri, fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4524)

    (It-testi bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana u Ungeriża biss huma awtentiċi)

    (2007/653/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-regoli dwar ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tad-dwieli huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2).

    (2)

    Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iskema tar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, jipprevedu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari jikkorrispondu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru tas-sena sussegwenti.

    (3)

    Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ta’ kull sena l-Kummissjoni tagħti allokazzjoni inizjali tal-krediti lill-Istati Membri, abbażi ta' kriterji oġġettivi, b’qies għas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet partikolari kif ukoll għall-isforzi li jridu jsiru fid-dawl ta' l-għan ta' l-iskema.

    (4)

    Il-Kummissjoni stipulat l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għas-sena finanzjarja 2006/2007 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/701/KE (3), kif ukoll għall-Bulgarija u għar-Rumanija, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/381/KE (4).

    (5)

    Skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-ispejjeż likwidi li ntefqu mill-Istati Memrbi huma limitati għall-ammont ta’ l-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom. Għas-sena finanzjarja 2007, din il-limitazzjoni hija applikabbli għall-Italja, li għamlet spejjeż likwidi li jeċċedu l-allokazzjoni finanzjarja.

    (6)

    Skond l-Artikolu 17(4), tiġi applikata penali meta l-ispejjeż reali ta’ Stat Membru għal kull ettaru jeċċedu dawk previsti fl-allokazzjoni inizjali. Din is-sena din il-penali sejra tapplika għal Malta fl-ammont ta' EUR 16 690.

    (7)

    Skond l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw appplikazzjoni ulterjuri fil-qafas tas-sena finanzjarja kurrenti. Din is-sena tali applikazzjoni tressqet mir-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall. Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 922/2007 ta’ l-1 ta’ Awvissu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjoni transitorja dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji maħsuba għall-Bulgarija u għar-Rumanija għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni (5), il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jressqu talba lill-Kummissjoni għall-finanzjament ulterjuri ta' l-ispejjeż għas-sena finanzjarja 2007, li jeċċedu l-ammont notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) ta’ l-imsemmi Regolament, sa massimu ta’ 90 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja attribwita lilhom skond id-Deċiżjoni 2007/381/KE. Il-Bulgarija fil-fatt ressqet talba għal dan il-għan lill-Kummissjoni.

    (8)

    Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 922/2007, it-talbiet għall-finanzjament ulterjuri nnotifikati lill-Kummissjoni minn Stati Membri oħra minbarra l-Bulgarija u r-Rumanija jintlaqgħu pro rata, bl-użu tal-krediti disponibbli wara t-tnaqqis tas-somma għall-Istati Membri kollha, ta’ l-ammonti nnotifikati skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u ta’ l-ammonti nnotifikati mill-Bulgarija u mir-Rumanija skond l-imsemmija dispożizzjoni ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament 922/2007, ta' l-ammont totali allokat lill-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-sena finanzjarja 2007 għar-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall.

    (9)

    Skond l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Membri jistgħu jressqu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju ta’ kull sena, dikjarazzjoni ta’ l-ispejjez likwidi ta’ ristrutturazzjoni u konverżjoni fit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti, kif ukoll l-art totali kkonċernata. Ir-regoli ta’ l-Artikolu 17(2) ta' l-imsemmi regolament jistipulaw li l-Istati Membri m’għandhomx iressqu d-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b), ħlief jekk l-ammont li ddikjaraw skond l-Artikolu 16(1)(a), jiġifieri n-nefqa effettiva fit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja, hija għallinqas ugwali għal 75 % ta' l-ammont ta' l-allokazzjoni indikattiva għall-Istat Membru kkonċernat. Jekk in-nefqa effettiva ma tilħaqx il-75 % ta’ l-allokazzjonijiet inizjali, l-ispejjeż likwidi nnotifikati mill-Ġermanja ma jistgħux jiġu aċċettati,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għas-sena finanzjarja 2006/2007 għall-Istati Membri kkonċernati, fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari, għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, għall-perjodu tas-sena finanzjarja 2007, jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bulgara, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovena u r-Repubblika Slovakka.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).

    (3)  ĠU L 290, 20.10.2006, p. 41.

    (4)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 80.

    (5)  ĠU L 201, 2.8.2007, p. 7.


    ANNESS

    Allokazzjonijiet finanzjarji inidikattivi għall-2006/2007 (sena finanzjarja 2007)

    Stat Membru

    L-erja (ettari)

    Allokazzjoni Finanzjarja (EUR)

    Il-Bulgarija

    1 918

    6 030 464

    Ir-Repubblika Ċeka

    1 345

    3 178 866

    Il-Ġermanja

    1 410

    9 385 538

    Il-Greċja

    823

    6 420 790

    Spanja

    20 345

    165 870 765

    Franza

    12 769

    111 282 822

    L-Italja

    13 142

    100 479 369

    Ċipru

    145

    1 971 461

    Il-Lussemburgu

    8

    59 665

    L-Ungerija

    1 242

    9 940 855

    Malta

    4

    26 249

    L-Awstrija

    1 074

    6 501 073

    Il-Portugall

    4 117

    34 284 676

    Ir-Rumanija

    880

    6 893 688

    Is-Slovenja

    108

    2 120 499

    Is-Slovakkja

    107

    536 527

    Total

    59 438

    464 983 308


    Top