EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0651

2007/651/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 1 ta’ Ottubru 2007 li taħtar membru Ġermaniż u żewġ membri supplenti Ġermaniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 262, 9.10.2007, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/651/oj

9.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 262/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li taħtar membru Ġermaniż u żewġ membri supplenti Ġermaniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/651/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010,

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura SPECKERT. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura SPIESS u tas-Sinjura WISCHER,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Reinhard LOSKE, Senator für Umwelt, Bau, Verkehr und Europa der Freien Hansestadt Bremen, li jibdel lis-Sinjura Sandra SPECKERT,

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Hermann KUHN, Mitglied der Bremischen Bürgerschaft (Landtag), li jibdel lis-Sinjura Iris SPIESS,

Is-Sinjura Manuela MAHNKE, Mitglied der Bremischen Bürgerschaft (Landtag), li tibdel lis-Sinjura Christine WISCHER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Luxembourg, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top