EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0645

2007/645/KE: Deċiżjoni tal-kunsill ta’ l- 1 ta' Ottubru 2007 li taħtar membru wieħed Malti u żewġ membri supplenti Maltin għall-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 261, 6.10.2007, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/645/oj

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta' Ottubru 2007

li taħtar membru wieħed Malti u żewġ membri supplenti Maltin għall-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/645/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Malti,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara r-riżenja tas-Sinjura Doris BORG. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru battala wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Joe BORG u tas-Sur Paul BUTTIGIEG,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membru u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskorri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Frederick CUTAJAR, Sindku, Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sinjura Doris BORG, Viċi Sindku, Kunsill Lokali Birkirkara

is-Sinjura Maria NATOLI, Kunsillier, Kunsill Lokali Nadur

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top