This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0629
2007/629/EC: Commission Decision of 20 September 2007 concerning the non-inclusion of trifluralin in Annex I to Council Directive 91/414/EEC and the withdrawal of authorisations for plant protection products containing that substance (notified under document number C(2007) 4282) (Text with EEA relevance)
2007/629/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/629/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 255, 29.9.2007, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2010; Imħassar b' 32010D0355 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
|
29.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 255/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4282)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/629/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista', matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi t-trifluralin. |
|
(3) |
Għat-trifluralin l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipolati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal medda ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru l-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti relevanti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għat-trifluralin l-Istat Membru relatur kien il-Greċja u t-tagħrif kollu relevanti kien ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2003. |
|
(4) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Marzu 2005 fil-format tal-konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva trifluralin (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fit-16 ta’ Marzu 2007 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-trifluralin. |
|
(5) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, qam xi tħassib. It-Trifluralin għandu tossiċità għolja għal organiżmi akwatiċi, b'mod partikolari l-ħut. Hija wkoll persistenti ħafna fil-ħamrija u mhijiex faċilment bijodegradabbli. Barra minn dan, turi potenzjal għal akkumulazzjoni. B'mod partikolari, taqbeż b'mod sinifikanti l-fattur massimu ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE għal organiżmi akwatiċi, li turi potenzjal għal bijoakkumulazzjoni f'organiżmi tali. Minħabba l-volatilità għolja tagħha, il-moviment tagħha minn ġo l-arja ma jistax jiġi eskluż u, minkejja degradazzjoni fotokimika rapida, programmi ta’ monitoraġġ urew migrazzjoni lejn postijiet 'il bogħod mill-applikazzjoni. Dan it-tħassib wera li t-trifluralin ma jilħaqx il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk hux bi ħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa' ma ssolviex, u l-valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista' jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-trifluralin jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(7) |
Għalhekk, it-trifluralin ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom it-trifluralin jiġu rtirati fi żmien perjodu preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn. |
|
(9) |
Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-trifluralin, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar sabiex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir li jiżgura li prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom it-trifluralin jibqgħu disponibbli għall-bdiewa għal 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għat-trifluralin skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-trifluralin ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-trifluralin jiġu rtirati sa l-20 ta’ Marzu 2008; |
|
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-trifluralin mhi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-20 ta’ Marzu 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
(4) Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2005) 28, 1-77, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva trifluralin (iffinalizzat: 14 ta’ Marzu 2005).