This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0622
2007/622/EC,Euratom: Council Decision of 26 September 2007 appointing an Italian member of the European Economic and Social Committee and amending Decisions 2006/524/EC, Euratom and 2006/651/EC, Euratom
2007/622/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settemrbu 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom
2007/622/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settemrbu 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Settemrbu 2007
dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom
(2007/622/KE, Euratom)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Taljan,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom, tal-11 ta’ Lulju 2006, dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estoni, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), u permezz tad-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom, tal-15 ta’ Settemrbu 2006, dwar il-ħatra tal-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Finlandiżi, Svediżi u Brittaniċi kif ukoll ta’ żewġ membri Taljani fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2), il-Kunsill, ħatar lill-membri Taljani ta’ l-imsemmi Kumitat għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010, |
(2) |
Sar vakanti post ta’ membru Taljan ta’ l-imsemmi Kumitat konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Paolo NICOLETTI, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Marco FELISATI huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Paolo NICOLETTI għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.
(2) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.