Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0565

    2007/565/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 14 ta' Awwissu 2007 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ta' ċerti sustanzi biex jiġu eżaminati skond il-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tiegħu (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3846) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 216, 21.8.2007, p. 17–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/565/oj

    21.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 216/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-14 ta' Awwissu 2007

    dwar in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ta' ċerti sustanzi biex jiġu eżaminati skond il-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tiegħu

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3846)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/565/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE.

    (2)

    Għal għadd ta' kumbinazzjonijiet ta' sustanzi/tipi ta' prodotti inklużi f'dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha rtiraw mill-programm ta' reviżjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, jew inkella l-Istat Membru Rapporteur maħtur għall-evalwazzjoni ma rċieva l-ebda fajl komplut kif imsemmi fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament fil-perjodu ta' żmien speċifikat fl-Anness V u VII tiegħu.

    (3)

    Għalhekk il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri konsegwentament, skond l-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003. Fl-14 ta' Ġunju 2006 l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblikata elettronikament.

    (4)

    Sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta' dik l-informazzjoni, l-ebda kumpanija jew Stat Membru ma urew interess biex jassumu r-rwol ta' parteċipant għas-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati.

    (5)

    Is-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati għandhom għalhekk jitneħħew mill-Programm ta' Reviżjoni u ma jkunux inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-sustanzi u t-tipi ta' prodotti indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/20/KE tat-3 ta' April 2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 23).

    (2)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


    ANNESS

    Sustanzi u tipi ta' prodotti li ma għandhomx jkunu inklużi fl-Anness I, IA u IB tad-direttiva 98/8/KE

    Isem

    In-numru KE

    In-numru CAS

    Tip ta' prodott

    Bis[1-cyclohexyl-1,2-di(hydroxy-.kappa.O)diazeniumato(2-)]-copper

     

    312600-89-8

    21

    Aċidu formiku

    200-579-1

    64-18-6

    18

    Propan-2-ol

    200-661-7

    67-63-0

    18

    L-(+)-Aċidu lattiku

    201-196-2

    79-33-4

    1

    L-(+)-Aċidu lattiku

    201-196-2

    79-33-4

    13

    Antrakwinown

    201-549-0

    84-65-1

    19

    1,4-dichlorobenzene

    203-400-5

    106-46-7

    18

    1,4-dichlorobenzene

    203-400-5

    106-46-7

    19

    N-(2-ethylhexyl)-8,9,10-trinorborn-5-ene-2,3-dicarboximide

    204-029-1

    113-48-4

    18

    Benzyl benzoate

    204-402-9

    120-51-4

    19

    Malathion

    204-497-7

    121-75-5

    18

    Aċidu oktanojku

    204-677-5

    124-07-2

    19

    Captan

    205-087-0

    133-06-2

    21

    N-(trichloromethylthio)phthalimide /Folpet

    205-088-6

    133-07-3

    21

    Ziram

    205-288-3

    137-30-4

    19

    Ziram

    205-288-3

    137-30-4

    21

    Thiabendazole

    205-725-8

    148-79-8

    21

    Diuron

    206-354-4

    330-54-1

    21

    (RS)-3-allyl-2-methyl-4-oxocyclopent-2-enyl-(1RS,3RS;1RS,3SR)-2,2-dimethyl-3-(2-methylprop-1-enyl)-cyclopropanecarboxylate (all isomers; ratio: 1:1:1:1:1:1:1:1) / Allethrin

    209-542-4

    584-79-2

    18

    Sulfidu taż-żingu

    215-251-3

    1314-98-3

    18

    Sulfidu taż-żingu

    215-251-3

    1314-98-3

    21

    Disodium tetraborate, anhydrous

    215-540-4

    1330-43-4

    18

    Aċidi nafteniċi, imluħa tar-ram

    215-657-0

    1338-02-9

    8

    Chlorothalonil

    217-588-1

    1897-45-6

    21

    Fluometuron

    218-500-4

    2164-17-2

    21

    Chlorpyrifos

    220-864-4

    2921-88-2

    18

    Chlorpyriphos-methyl

    227-011-5

    5598-13-0

    18

    (R)-p-mentha-1,8-diene

    227-813-5

    5989-27-5

    18

    (R)-p-mentha-1,8-diene

    227-813-5

    5989-27-5

    19

    Prometryn

    230-711-3

    7287-19-6

    21

    Dijossidu tas-silikon – amorfu

    231-545-4

    7631-86-9

    16

    Dijossidu tas-silikon – amorfu

    231-545-4

    7631-86-9

    19

    Żejt ta' l-għadam /żejt ta' l-annimali

    232-294-3

    8001-85-2

    19

    Żejt tal-kolza

    232-299-0

    8002-13-9

    18

    Lignin

    232-682-2

    9005-53-2

    19

    Lignin

    232-682-2

    9005-53-2

    21

    Oxine-copper

    233-841-9

    10380-28-6

    8

    Disodium octaborate tetrahydrate

    234-541-0

    12280-03-4

    18

    Dodecylguanidine monohydrochloride

    237-030-0

    13590-97-1

    16

    Dodecylguanidine monohydrochloride

    237-030-0

    13590-97-1

    21

    Phoxim

    238-887-3

    14816-18-3

    18

    Chlorotoluron

    239-592-2

    15545-48-9

    21

    Methomyl

    240-815-0

    16752-77-5

    18

    Dimethyloctadecyl[3-(trimethoxysilyl)propyl]ammonium chloride

    248-595-8

    27668-52-6

    21

    (S)-3-allyl-2-methyl-4-oxocyclopent-2-enyl(1R,3R)-2,2-dimethyl-3-(2-methylprop-1-enyl)-cyclopropanecarboxylate (1R trans, 1S isomer biss) / S-Bioallethrin

    249-013-5

    28434-00-6

    18

    Bioresmethrin

    249-01-40

    28434-01-7

    18

    Trans-isopropyl-3-[[(ethylamino)methoxyphosphinothioyl]oxy]crotonate

    250-517-2

    31218-83-4

    18

    Amitraz

    251-375-4

    33089-61-1

    18

    3-(4-isopropylphenyl)-1,1-dimethylurea / Isoproturon

    251-835-4

    34123-59-6

    18

    3-(4-isopropylphenyl)-1,1-dimethylurea / Isoproturon

    251-835-4

    34123-59-6

    21

    m-phenoxybenzyl 3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2-dimethylcyclopropanecarboxylate / Permethrin

    258-067-9

    52645-53-1

    19

    3-iodo-2-propynyl butylcarbamate

    259-627-5

    55406-53-6

    18

    Cis-4-[3-(p-tert-butylphenyl)-2-methylpropyl]-2,6-dimethylmorpholine / Fenpropimorph

    266-719-9

    67564-91-4

    21

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides

    269-919-4

    68391-01-5

    16

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides

    269-919-4

    68391-01-5

    18

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides

    269-919-4

    68391-01-5

    19

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides

    269-919-4

    68391-01-5

    21

    Quaternary ammonium compounds, di-C8-10-alkyldimethyl, chlorides

    270-331-5

    68424-95-3

    16

    Melaleuca alternifolia, ext. / Żejt tas-Siġra tat-Tè ta' l-Awstralja

    285-377-1

    85085-48-9

    19

    2,4,8,10-tetra(tert-butyl)-6-hydroxy-12H-dibenzo[d,g][1,3,2]dioxaphosphocin 6-oxide, sodium salt

    286-344-4

    85209-91-2

    1

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides

    287-089-1

    85409-22-9

    16

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides

    287-089-1

    85409-22-9

    18

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides

    287-089-1

    85409-22-9

    19

    Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides

    287-089-1

    85409-22-9

    21

    Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides

    287-090-7

    85409-23-0

    16

    Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides

    287-090-7

    85409-23-0

    18

    Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides

    287-090-7

    85409-23-0

    19

    Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides

    287-090-7

    85409-23-0

    21

    .alpha.-cyano-4-fluoro-3-phenoxybenzyl [1.alpha.(S*),3.alpha.]-(±)-3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2-dimethylcyclopropanecarboxylate

    289-244-9

    86560-93-2

    18

    Chrysanthemum cinerariaefolium, ext.

    289-699-3

    89997-63-7

    19

    Ġnibru, Juniperus mexicana, ext.

    294-461-7

    91722-61-1

    19

    Lavanda, Lavandula hybrida, ext. / Żejt tal-Lavandin

    294-470-6

    91722-69-9

    18

    3-benzo(b)thien-2-yl-5,6-dihydro-1,4,2-oxathiazine,4-oxide

    431-030-6

    163269-30-5

    21

    Chloromethyl n-octyl disulfide

    432-680-3

    180128-56-7

    21

    Mluħa tal-Potassa ta' l-aċidi grassi (C15-21)

    Taħlita

    18

    (E)-2-Octadecenal

    Għadu mhux inkluż

    51534-37-3

    19

    (E,Z)-2,13-Octadecadienal

    Għadu mhux inkluż

    99577-57-8

    19

    S-Hydroprene / Ethyl (S-(E,E))-3,7,11-trimethyldodeca-2,4-dienoate

    Prodott għall-Protezzjoni tal-Pjanti

    65733-18-8

    18

    4-Bromo-2-(4-chlorophenyl)-1-(ethoxymethyl)-5-(trifluoromethyl)-1H-pyrrole-3-carbonitrile / Chlorfenapyr

    Prodott għall-Protezzjoni tal-Pjanti

    122453-73-0

    21


    Top