Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0549

2007/549/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Lulju 2007 li timmodifika l-Ftehim Intern tas- 17 ta’ Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra -Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE

ĠU L 202, 3.8.2007, pp. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/549/oj

3.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 202/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2007

li timmodifika l-Ftehim Intern tas-17 ta’ Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE

(2007/549/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou, fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif rivedut fil-Lussemburgu, fit-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”) (3), u partikolarment l-Artikoli 1(7) u l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005 (4), partikolarment l-Artikolu 6(11) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(11) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, il-Bulgarija u r-Rumanija awtomatikament issieħbu mal-Ftehim Intern mid-data ta’ l-Adeżjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 1(7) tal-Ftehim Intern, l-allokazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (2a) ta’ dak l-Artikolu, li attwalment huma biss ammonti stmati fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandhom jiġu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill jekk jidħol Stat ġdid fl-UE.

(3)

Skond l-Artikolu 8(4) tal-Ftehim Intern, il-piżijiet tal-voti stipulati fil-paragrafu (2) ta’ dak l-Artikolu, li attwalment huma biss voti stmati fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandhom jiġu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill jekk jidħol Stat ġdid ma’ l-UE.

(4)

Il-kontribuzzjonijiet u l-piżijiet għandhom jiġu konfermati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

Il-metodu tal-kontribuzzjoni u l-kontribuzzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 1(2)a) tal-Ftehim Intern kif ukoll il-voti tagħhom fi ħdan il-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim Intern huma b’dan konfermati.

Artikolu 2

Il-Ftehim Intern huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fit-tabella fl-Artikolu 1(2)a, il-parentesi tondi u l-asterisk wara l-kliem “Bulgarija u Rumanija” kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna “ (*) Ammont stmat” għandhom jitħassru.

(2)

Fit-tabella fl-Artikolu 8(2), dan li ġej għandu jitħassar:

(a)

il-parentesi tondi u l-asterisk wara l-kliem “Bulgarija u Rumanija” kif ukoll il-parentesi kwadri fit-tieni kolonna ta’ dawk l-istess linji;

(b)

in-nota ta’ qiegħ il-paġna “(*) Ammont stmat”;

(ċ)

il-linja “Totali UE-25”, “999”;

(d)

il-parentesi tondi u l-asterisk kif ukoll il-parentesi kwadri fil-linja “Totali UE-27 (*)”, “[1 004]”.

(3)

L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Il-Kumitat ta’ l-EDF għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata ta’ 724 vot minn 1 004, bl-espressjoni tal-vot favur ta’ mill-anqas erbatax-il Stat Membru. Il-minoranza li timpedixxi għandha tikkonsisti f’281 vot.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26).

(3)   ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)   ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.


Top