Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0518

    2007/518/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 192, 24.7.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/518/oj

    24.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 192/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

    li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2007/518/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom li taħtar il-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

    Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Spanjol,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

    Billi post ta’ membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Pedro BARATO TRIGUERO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Pedro Raúl NARRO SÁNCHEZ huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Pedro BARATO TRIGUERO għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. TEIXEIRA DOS SANTOS


    (1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


    Top