This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0485
2007/485/EC: Council Decision of 10 July 2007 authorising Austria to conclude an agreement with Switzerland that includes provisions derogating from Article 2(1)(d) of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
2007/485/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li tawtorizza l-Awstrija tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
2007/485/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li tawtorizza l-Awstrija tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 182, 12.7.2007, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-10 ta’ Lulju 2007
li tawtorizza l-Awstrija tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2007/485/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 396 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 396(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru jikkonkludi ma’ pajjiż terz ftehim li jista’ jkollu deroga minn dik id-Direttiva. |
(2) |
Permezz ta’ ittra reġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2005, l-Awstrija talbet għal awtorizzazzjoni biex tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera relatat mal-bini ta’ impjant ta’ l-enerġija transkonfinali max-xmara Inn bejn Prutz (Awstrija) u Tschlin (Żvizzera). |
(3) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 396(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data ta’ l-1 ta’ Marzu 2007 bit-talba li saret mill-Awstrija. B’ittra li ġġib id-data tas-6 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li kellha l-informazzjoni kollha li dehrilha li kellha bżonn biex tivvaluta t-talba. |
(4) |
Il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ merkanzija importata fl-Awstrija relatata ma’ l-impjant ta’ l-enerġija transkonfinali. Dawn l-importazzjonijiet ta’ merkanzija mill-Iżvizzera għall-Awstrija minn persuni taxxabbli bi dritt sħiħ ta’ tnaqqis ma jkunux soġġetti għall-VAT sabiex arranġament simili jinkiseb mill-Iżvizzera għal merkanzija importata mill-Awstrija għall-Iżvizzera. |
(5) |
Id-deroga għalhekk mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej tagħhom stess miġbura mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’ dan l-Awstrija qed tiġi awtorizzata tikkonkludi Ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mid-Direttiva 2006/112/KE li tkopri l-bini, il-manteniment, it-tiġdid u l-operat ta’ impjant ta’ l-enerġija transkonfinali max-xmara Inn bejn Prutz (Awstrija) and Tschlin (Żvizzera).
Id-dispożizzjonijiet tal-VAT li jidderogaw fir-rigward tal-Ftehim huma stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
B’ deroga mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-merkanzija importata minn persuni taxxabbli bi dritt sħiħ ta’ tnaqqis mill-Iżvizzera għall-Awstrija m’għandiex tkun soġġetta għall-VAT, sakemm din tintuża għall-bini, il-manteniment, it-tiġdid u l-operat ta’ l-impjant transkonfinali msemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92).