This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0464
2007/464/EC: Council Decision of 5 June 2007 abrogating Decision 2005/186/EC on the existence of an excessive deficit in Malta
2007/464/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2005/186/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta
2007/464/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2005/186/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta
ĠU L 176, 6.7.2007, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 176/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Ġunju 2007
li tabroga d-Deċiżjoni 2005/186/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta
(2007/464/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/186/KE (1), li ssegwi rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li f’Malta kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern kien 9,7 % tal-PGD fl-2003, li minnu 2,9 % tal-PGD kienu dovuti għal operazzjoni ta’ darba, u li dan kien ogħla mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD, filwaqt li d-dejn ġenerali tal-gvern kien 72 % tal-PGD u li fl-2004 x’aktarx ikompli jitbiegħed mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 60 %. |
(2) |
Fil-5 ta’ Lulju 2004, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill indirizza rakkomandazzjoni lil Malta bil-ħsieb li tiġi terminata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2006. Ir-rakkomandazzjoni ġiet pubblikata. |
(3) |
Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata, meta, fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat ikun ġie korrett. |
(4) |
Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern u varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, konformament ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (3). |
(5) |
Abbażi tad-data provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifika minn Malta qabel l-1 ta’ April 2007, u abbażi tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-Rebbiegħa 2007, huma kunsiljabbli l-konklużjonijiet li ġejjin:
|
(6) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv f’Malta ġie korrett u d-Deċiżjoni 2005/186/KE għandha għalhekk tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv f’Malta ġiet korretta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2005/186/KE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.
Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007
Għall-Kunsill
Il-President
S. GABRIEL
(2) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(3) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).