Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0457

2007/457/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/739/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE u 2002/747/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3128) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 173, 3.7.2007, pp. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/457/oj

3.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/739/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE u 2002/747/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3128)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/457/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Itikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/689/KE tat-28 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti (2) jiskadu fit-28 ta’ Awwissu 2007.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE tat-3 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u verniċ ta’ ġewwa u li temenda d-Deċiżjoni 1999/10/KE (3) tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE tat-3 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għas-saqqijiet u li temenda d-Deċiżjoni 1998/634/KE (4) tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2007.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għall-karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE (5) tiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2007.

(5)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE tad-9 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għall-bozoz ta’ l-elettriku u li temenda d-Deċiżjoni 1999/568/KE (6) jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2007.

(6)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet.

(7)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ dawk il-kriterji u rekwiżiti, fil-ħames każijiet kollha ikun xieraq li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti jiġi mtawwal għal perjodu ta’ 18-il xahar.

(8)

Peress li l-obbligu ta’ reviżjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 huwa limitat biss għall-kriterji ekoloġiċi u għar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, jaqbel li d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/739/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE u 2002/747/KE jibqgħu fis-seħħ.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/739/KE, 2002/740/KE 2002/741/KE u 2002/747/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/689/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-magni tal-ħasil tal-platti, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/739/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti taż-żebgħa u verniċ ta’ ġewwa, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”

Artikolu 3

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/740/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tas-saqqijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”

Artikolu 4

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/741/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-karta għall-ikkuppjar u karta grafika, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”

Artikolu 5

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/747/KE hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti tal-bozoz ta’ l-elettriku, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.”

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 242, 12.9.2001, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/783/KE (ĠU L 295, 11.11.2005, p. 51).

(3)   ĠU L 236, 4.9.2002, p. 4.

(4)   ĠU L 236, 4.9.2002, p. 10.

(5)   ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6

(6)   ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).


Top