EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0455

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/455/CFSP tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 172, 30.6.2007, p. 89–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/02/1002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/455/oj

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/89


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/455/CFSP

tal-25 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK il-Kunsill adotta miżuri, inter alia, biex jipprevjeni d-dħul fi, jew transitu mit-territorji ta' l-Istati Membri ta' individwi li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fiż-Żimbabwe u biex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom.

(2)

B'segwitu tal-brutalità reċenti mill-Gvern taż-Żimbabwe kontra partitarji ta' l-oppożizzjoni, u r-rwol speċifiku tal-pulizija f'dawn l-avvenimenti, l-ismijiet ta' l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija nkarigat mil-Liġi u l-Ordni u l-Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija nkarigat minn Harara għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

(3)

Minbarra dan, raġunjiet iktar iddettaljati għandhom jingħataw fir-rigward ta' l-individwi elenkati f'dak l-Anness.

(4)

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat u rivedut bi qbil ma' dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/235/PESK (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 14).


ANNESS

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK

1.

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924.

Kap ta' Gvern u b'hekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

2.

Bonyongwe, Happyton

Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960.

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

3.

Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora

Uffiċċju tal-President u ex-Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi ta' l-artijiet u r-Riinsedjament (Ex-Ministru ta' l-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi-President u ex-Ministru ta' l-Istat għar-Riforma ta' l-Artijiet fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fil-25.2.1968.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

4.

Bvudzijena, Wayne

Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għad-difiża ta' vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

5.

Chapfika, David

Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura (ex-Deputat Ministru tal-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

6.

Charamba, George

Segretarju Permanenti, Dipartiment għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

7.

Charumbira, Fortune Zefanaya

Ex-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali, imwieled fl-10.6.1962.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern.

8.

Chigudu, Tinaye

Gvernatur Provinċjali: Manicaland

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

9.

Chigwedere, Aeneas Soko

Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura, imwieled fil-25.11.1939.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

10.

Chihota, Phineas

Deputat Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

11.

Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

12.

Chimbudzi, Alice

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF).

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

13.

Chimutengwende, Chen

Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Pubbliċi u Interattivi (ex-Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni), imwieled fit-28.8.1943.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

14.

Chinamasa, Patrick Anthony

Ministru tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

15.

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

Ex-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern

16.

Chipanga, Tongesai Shadreck

Ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1946.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern

17.

Chitepo, Victoria

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwielda fis-27.3.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

18.

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant ta' l-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

19.

Chiweshe, George

President, ZEC (Imħallef tal-Qorti Suprema u President tal-kumitat tad-delimitazzjoni kontroversjali), imwieled fl-4.6.1953.

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

20.

Chiwewe, Willard

Gvernatur Provinċjali: Masvingo (ex-Segretarju Anzjan responsabbli għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fid-19.3.1949.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

21.

Chombo, Ignatius Morgan Chininya

Ministeru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban, imwieled fl-1.8.1952.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

22.

Dabengwa, Dumiso

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1939

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

23.

Damasane, Abigail

Deputat Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa l-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

24.

Dokora, Lazarus

Deputat Ministru għall-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja, imwieled fit-3.11.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.

Georgias, Aguy

Deputat Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fit-22.6.1935.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

26.

Goche, Nicholas Tasunungurwa

Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali (ex-Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

27.

Gombe, G

President, Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

Jaqsam ir-responsabbiltà għall-elezzjonijiet frodulenti fl-2005

28.

Gula-Ndebele, Sobuza

Ex-President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

29.

Gumbo, Rugare Eleck Ngidi

Ministru ta' l-Agrikoltura (Ex-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku), imwieled fit-8.3.1940.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

30.

Hove, Richard

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Ekonomiċi, imwieled fl-1935

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

31.

Hungwe, Josaya (magħruf ukoll bħala Josiah) Dunira

Ex-Gvernatur Provinċjali: Masvingo, imwieled fis-7.11.1935.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

32.

Kangai, Kumbirai

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fis-17.2.1938.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

33.

Karimanzira, David Ishemunyoro Godi

Gvernatur Provinċjali: Ħarare u Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fil-25.5.1947.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

34.

Kasukuwere, Saviour

Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi u Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit-23.10.1970.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

35.

Kaukonde, Ray

Gvernatur Provinċjali: Lvant ta' Mashonaland, imwieled fl-4.3.1963.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

36.

Kuruneri, Christopher Tichaona

Ex-Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fl-4.4.1949. NB fil-preżenti jinsab miżmum f'kustodja.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

37.

Langa, Andrew

Deputat Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu u ex-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

38.

Lesabe, Thenjiwe V.

Membru tal-Kumitat Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1933.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

39.

Mabunda, Musarahana,

Assistant Kummissarju tal-Pulizija,

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

40.

Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai

Ex-Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

41.

Made, Joseph Mtakwese

Ministru ta' l-Istat ta' l-Inġinerija u l-Mekkanizzazzjoni Agrikola (Ex-Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, imwieled fil-21.11.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

42.

Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina)

President tas-Senat taz-ZANU (PF), imwielda fil-11.7.1943.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

43.

Mahofa, Shuvai Ben

Ex-Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

44.

Mahoso, Tafataona

President, Kummissjoni għall-Informazzjoni tal-Medja

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà ta' l-espressjoni u l-medja.

45.

Makoni, Simbarashe

Deputat Segretarju Ġenerali tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Ekonomiċi (ex-Ministru tal-Finanzi), imwieled fit-22.3.1950.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

46.

Makwavarara, Sekesai

Aġent Sindku ta' Ħarare

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

47.

Malinga, Joshua

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati, imwieled fit-28.4.1944.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

48.

Maluleke, Titus

Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

49.

Mangwana, Paul Munyaradzi

Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni, imwieled fl-10.8.1961.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

50.

Manyika, Elliot Tapfumanei

Ministru bla Portafoll (ex-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi), imwieled fit-30.7.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

51.

Manyonda, Kenneth Vhundukai

Ex-Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fl-10.8.1934.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

52.

Marumahoko, Reuben

Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin (ex-Deputat Ministru għall-Intern), imwieled fl-4.4.1948.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

53.

Masawi, Ephrahim Sango

Gvernatur Provinċjali: Mashonaland Ċentrali.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

54.

Masuku, Angeline

Gvernatur Provinċjali: Nofsinhar ta' Matabeleland (Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati), imwielda fl-14.10.1936.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

55.

Mathema, Cain

Gvernatur Provinċjali: Bulawayo

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

56.

Mathuthu, Thokozile

Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland u Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

57.

Matiza, Joel Biggie

Deputat Ministru għall-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

58.

Matonga, Brighton

Deputat Ministru għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

59.

Matshalaga, Obert

Deputat Ministru ta' l-Intern (Ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fil-21 ta’ April 1951 f'Mhute Kraal - Zvishavane.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

60.

Matshiya, Melusi (Mike)

Segretarju Permanenti, Ministeru ta' l-Intern.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

61.

Mavhaire, Dzikamai

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF).

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

62.

Mbiriri, Partson

Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

63.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex-Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

64.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali (ex-Speaker tal-Parlament), imwieled fil-15.9.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

65.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

Ministru ta' l-Intern (ex-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

66.

Moyo, Jonathan

Ex-Ministru ta' l-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li dgħajfu serjament il-libertajiet fundamentali.

67.

Moyo, July Gabarari

Ex-Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex-Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fis-7.5.1950.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

68.

Moyo, Simon Khaya

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. NB Ambaxxatur għall-Afrika t'Isfel.

Ex-membru tal-politburo u b'rabtiet attwali mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

69.

Mpofu, Obert Moses

Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali (ex-Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland) (Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għas-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit-12.10.1951.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

70.

Msika, Joseph W.

Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

71.

Msipa, Cephas George

Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

72.

Muchena, Olivia Nyembesi (magħruf ukoll bħala Nyembezi)

Ministru ta' l-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija (magħrufa wkoll bħala Nyembezi) fl-Uffiċċju tal-President (ex-Minsitru ta' l-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi-President Msika), imwielda fit-18.8.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

73.

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Ġeneri u l-Kultura, imwielda fl-14.12.1958.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

74.

Mudede, Tobaiwa (Tonneth)

Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ta' l-istat

75.

Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo

Ministru ta' l-Edukazzjoni Terzjarja Ogħla (ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

76.

Mugabe, Grace

imwielda fit-23.7.1965.

Konjuġi tal-Kap ta' Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

77.

Mugabe, Sabina

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwielda fl-14.10.1934.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

78.

Mugariri, Bothwell

Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija,

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

79.

Muguti, Edwin

Deputat Ministru għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal, imwieled fl-1965.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

80.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

Viċi President (ex-Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura), imwielda fil-15.4.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

81.

Mujuru, Solomon T.R.

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1.5.1949.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

82.

Mumbengegwi, Samuel Creighton

Ministru tal-Finanzi (Ex-Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni), imwieled fit-23.10.1942.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

83.

Mumbengegwi, Simbarashe

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

84.

Murerwa, Herbert Muchemwa

Ex-Ministru tal-Finanzi, imwieled fil-31.7.1941.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

85.

Musariri, Munyaradzi

Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

86.

Mushohwe, Christopher Chindoti

Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni (ex-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni), imwieled fis-6.2.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

87.

Mutasa, Didymus Noel Edwin

Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma ta' l-Artijiet u r-Riinsedjament fl-Uffiċċju tal-President, Segretarju għall-Amministrazzjoni taz-ZANU (PF), imwieled fis-27.7.1935

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

88.

Mutezo, Munacho

Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

89.

Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose)

Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, Brigadier Irtirat.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

90.

Mutinhiri, Tracey

Deputat Ministru għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni (Ex-Deputat Speaker tas-Senat)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

91.

Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza

Deputat Ministru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fis-27.5.1948.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

92.

Muzenda, Tsitsi V.

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fit-28.10.1922.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

93.

Muzonzini, Elisha

Brigadier (ex-Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti), imwieled fl-24.6.1957.

Ex-membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi.

94.

Mzembi, Walter

Deputat Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura, imwieled fis-16.3.1964.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

95.

Ncube, Abedinico

Deputat Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali (ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fit-13.10.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

96.

Ndlovu, Naison K.

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Produzzjoni u l-Impjiegi, imwieled fit-22.10.1930.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

97.

Ndlovu, Richard

Deputat Kummissarjat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fis-26.6.1942.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

98.

Ndlovu, Sikhanyiso

Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità (Ex-Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja), imwieled fl-20.9.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

99.

Nguni, Sylvester

Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku (Ex-Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

100.

Nhema, Francis

Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

101.

Nkomo, John Landa

Speaker tal-Parlament (ex-Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fit-22.8.1934.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

102.

Nyambuya, Michael Reuben

Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

103.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

104.

Nyathi, George

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

105.

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

Ministru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

106.

Parirenyatwa, David Pagwese

Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal (ex-Deputat Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

107.

Patel, Khantibhal

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fit-28.10.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

108.

Pote, Selina M.

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Ġeneri u l-Kultura.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

109.

Sakabuya, Morris

Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

110.

Sakupwanya, Stanley

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

111.

Samkange, Nelson Tapera Crispen

Gvernatur Provinċjali: Punent ta' Mashonaland.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

112.

Sandi or Sachi, E. (?)

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet tan-Nisa.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

113.

Savanhu, Tendai

Deputat Segretarju taz-ZANU (PF), għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali, imwieled fil-21.3.1968.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

114.

Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere

Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

115.

Sekeremayi, Lovemore

Uffiċjal Elettorali Prinċipali

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

116.

Shamu,Webster

Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex-Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

117.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

118.

Shiri, Perence

Marixxall ta' l-Ajru (Forza ta' l-Ajru), imwieled fl-1.11.1955.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

119.

Shumba, Isaiah Masvayamwando

Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isports u l-Kultura, imwieled fit-3.1.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

120.

Sibanda, Jabulani

Ex-President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

121.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Nru 127 Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

122.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant ta' l-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

123.

Sikosana, Absolom

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

124.

Stamps, Timothy

Konsulent tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fil-15.10.1936.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

125.

Tawengwa, Solomon Chirume

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fil-15.6.1940.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

126.

Udenge, Samuel

Ministru ta' l-Istat għall-Intrapriżi Statali (Ex-Deputat Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

127.

Utete, Charles

President tal-Kumitat Presidenzjali għar-Reviżjoni ta' l-Artijiet (ex-Segretarju tal-Kabinett), imwieled fit-30.10.1938.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

128.

Veterai, Edmore

Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant ta' Ħarare

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

129.

Zimonte, Paradzai

Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

130.

Zhuwao, Patrick

Deputat Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija (NB in-neputi ta' Mugabe)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

131.

Zvinavashe, Vitalis

Politburo, Kumitat ta' l-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni fil-partit, imwieled fis-27.9.1943.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat u membru tal-politburo.


Top