Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0451

2007/451/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2007 li tapprova l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

ĠU L 178, 6.7.2007, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/451/oj

Related international agreement

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 178/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2007

li tapprova l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

(2007/451/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.

(2)

Il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar irregolat bit-Titolu III ta’ dan il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 14 tiegħu, u bid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3)

Għas-snin 1995-2001, il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar kien soġġett għal ftehimiet bejn il-Partijiet, u fl-2002, l-2003 u sad-19 ta’ Novembru 2004 għal arranġamenti speċifiċi. Ftehim ulterjuri kien konkluż fid-19 ta’ Novembru 2004 li jkopri l-perjodu li jwassal sal-31 ta’ Diċembru 2004. Minn hemm Ftehim ġie konkluż li jkopri l-perijodu 2005 u l-2006.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2006 (2) awtorizzat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bil-għan li ġġedded l-ftehim dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar konklużi bejn il-Komunità Ewropea min-naħa u l-Ukraina min-naħa l-oħra.

(5)

Wara dik id-Deċiżjoni, Ftehim ġdid, li jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2007 u s-snin ta’ wara, ġie negozjat bejn il-Partijiet.

(6)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jinnomina persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem lill-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il–President

F. MÜNTEFERING


(1)   ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.

(2)  14134/06 u 14135/06.


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern ta’ l-Ukraina dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem tissejjaħ “il-Komunità”, min-naħa waħda, u

IL-GVERN TA’ L-UKRAINA, min-naħa l-oħra,

flimkien imsejħa “il-Partijiet”,

Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem “il-PCA”daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998;

Billi l-Partijiet juru x-xewqa li jippromwovu l-iżvilupp b’mod ordnat u ekwu tal-kummerċ fl-azzar li jsir bejniethom;

Billi l-Artikolu 22(1) tal-PCA jipprovdi li l-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar irid ikun irregolat mit-Titolu III bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 14 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ Ftehim fuq l-arranġamenti kwantitattivi; billi dan il-Ftehim jikkostitwixxi l-arranġament imsemmi fl-Artikolu 22(1) tal-PCA;

Meta wieħed jikkunsidra l-proċess ta’ adeżjoni ta’ l-Ukraina għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) u l-appoġġ tal-Komunità għall-integrazzjoni ta’ l-Ukraina fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ;

Billi għas-snin 1995-2001 il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-soġġett tal-Ftehimiet bejn il-Partijiet, fl-2002, l-2003 u l-2004 ta’ arranġamenti speċifiċi u minn Novembru 2004 ta’ Ftehim; għalhekk huwa xieraq li jinbidel bi Ftehim ieħor;

Billi l-Partijiet tennew l-impenn tagħhom li jiksbu, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet, liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti ta’ l-azzar koperti minn dan il-Ftehim;

Billi dan il-Ftehim għandu jkun akkumpanjat bil-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fir-rigward ta’ l-industriji tagħhom ta’ l-azzar, inklużi skambji ta’ informazzjoni adattati, fi ħdan grupp ta’ kuntatt tal-faħam u l-azzar kif previst fl-Artikolu 22(2) għall-PCA,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim japplika għall-kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar stipulat fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim li joriġina fi ħdan il-Partijiet.

2.   Kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar stipulat fl-Anness II jista’ jkun soġġett għal limiti kwantitattivi.

3.   Kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar li mhuwiex stipulat fl-Anness II ma jridx ikun soġġett għal limiti kwantitattivi.

4.   Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-azzar u ta’ materji ta’ soġġett li mhumiex koperti b’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PCA jridu japplikaw.

Artikolu 2

1.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu u jżommu għall-perjodu ta’ validità tal-Ftehim preżenti arranġament kwantitattivi li jiffissaw il-limiti stipulati fl-Anness III ta’ dan il-Ftehim fuq l-esportazzjonijiet ta’ l-Ukraina lill-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness II. Dawn it-tipi ta’ esportazzjonijiet jridu jkunu soġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju kif speċifikat fil-Protokoll A.

2.   Il-Partijiet itennu l-impenn tagħhom li jiksbu liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness II hekk kif jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet.

3.   Il-Partijiet jaqblu li importazzjonijiet fil-Komunità mill-Ukraina tal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness II mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jridu jitnaqqsu mil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III.

4.   Importazzjonijiet ta’ kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness III jridu jkunu awtorizzati fil-każ fejn l-industrija tal-Komunità ma jirnexxilhiex tilħaq it-talba interna u tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness II. Konsultazzjonijiet jridu jseħħu mill-ewwel fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet biex ikun iddeterminat il-livell tan-nuqqas fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva. Wara l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet, il-Komunità trid tinstiga l-proċeduri interni tagħha sabiex iżżid il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III.

5.   Kull Parti, fi kwalunkwe mument, tista’ tressaq talba għal konsultazzjonijiet li jikkonċernaw:

il-livelli tal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III, fejn il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-prodotti koperti mill-Anness II iddeterjoraw jew tjiebu b’mod sustanzjali;

il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ ammonti mhux użati stipulati fl-Anness III minn gruppi ta’ prodotti sotto-utilizzati għal gruppi oħra.

Artikolu 3

1.   Importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti stipulati fl-Anness II iridu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bbażata fuq il-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Ukraina u għall-prova ta’ oriġini skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll A.

2.   Importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness II ma jridux ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III sakemm huma ddikjarati li magħmulin għall-esportazzjoni mill-ġdid ’il barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li jkunu ġew ipproċessati, fi ħdan is-sistema amministrattiva ta’ kontroll li teżisti fi ħdan il-Komunità.

3.   Għal dawk il-limiti kwantitattivi li ma jkunux intużaw f’sena kalendarja partikolari, it-trasferiment tagħhom għal-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena kalendarja ta’ wara huwa awtorizzat sa 10 % tal-limitu kwantitattiv rilevanti kif stipulat fl-Anness III għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat għal dik is-sena li fiha ma jkunx intuża. L-Ukraina trid tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara jekk għandha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

4.   Sa 15 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodotti partikolari jistgħu jiġu trasferiti għal grupp wieħed jew iktar. Il-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodott jista’ jiġi aġġustat darba matul sena kalendarja. Kwalunkwe tibdil għal-limiti kwantitattivi li jirriżulta minn trasferimenti jrid jaffettwa biss is-sena kalendarja li qiegħda tiżvolġi. L-Ukraina trid tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju jekk għandha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

Artikolu 4

1.   Bil-ħsieb li jrendu s-sistema ta’ ċċekkjar doppju effettiva kemm jista’ jkun u sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-possibbiltajiet ta’ abbuż u evitar:

l-awtoritajiet tal-Komunità jridu jinformaw lill-awtoritajiet ta’ l-Ukraina sat-28 ta’ kull xahar dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel;

l-awtoritajiet ta’ l-Ukraina jridu jinformaw lill-Komunità sat-28 ta’ kull xahar dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel.

2.   Fil-każ ta’ diskrepanza sinifikanti li tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi taż-żmien involuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din it-tip ta’ informazzjoni kwalunkwe naħa miż-żewġ Partijiet tista’ tagħmel kondizzjoni ta’ talba ta’ konsultazzjonijiet li għandhom isiru minnufih.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim effettiv ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jevitaw, jistħarrġu u jieħdu kwalunkwe azzjoni legali u/jew amministrattiva meħtieġa kontra l-evitar, notevolment permezz ta’ trasbord, oġġetti li jintbagħtu mill-ġdid f’rotot alternattivi, dikjarazzjoni falza li tikkonċerna l-pajjiż jew il-post ta’ oriġini, falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dikjarazzjoni falza fir-rigward tal-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifika tal-merkanzija. Skond dan il-mod, il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa li jippermettu sabiex tittieħed azzjoni effettiva kontra dan it-tip ta’ evitar, li jridu jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra esportaturi u/jew importaturi involuti.

4.   F’każ li naħa miż-żewġ Partijiet tkun tal-fehma li fuq bażi ta’ informazzjoni disponibbli dan il-Ftehim qiegħed ikun evitat, tista’ titlob kondizzjoni ta’ konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra li għandhom jinżammu minnufih.

5.   Matul l-istennija għar-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-Gvern ta’ l-Ukraina jrid, bħala miżura ta’ prekawzjoni, u jekk hekk tintalab bħala kondizzjoni mill-Komunità, jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li, fejn hemm evidenza suffiċjenti ta’ evitar, aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li dwarhom probabbilment se jintlaħaq qbil wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, jridu jitwettqu għas-sena kalendarja li fiha saret il-kondizzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 4, jew għas-sena ta’ warajha, jekk il-limitu għal din is-sena kalendarja huwa eżawrit.

6.   F’każ li l-Partijiet ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-Komunità trid ikollha d-dritt, fejn teżisti evidenza suffiċjenti li prodotti ta’ l-azzar koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw fl-Ukraina kienu importati b’evitar ta’ dan il-Ftehim, li jpaċu l-kwantitajiet rilevanti mal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt l-Anness III.

7.   F’każ li l-Partijiet ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-Komunità trid ikollha d-dritt, fejn teżisti evidenza suffiċjenti li turi li seħħet dikjarazzjoni falza li tikkonċerna kwalitajiet deskrizzjoni jew klassifikazzjoni, li tirrifjuta l-importazzjoni tal-prodott partikolari.

8.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw bis-sħiħ sabiex iwaqqfu u jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi kollha li jinqalgħu mill-evitar ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1.   Il-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Ftehim fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness II ma għandhomx jinqasmu mill-Komunità f’ishma reġjonali.

2.   Il-Partijiet iridu jikkooperaw sabiex iżommu milli bidliet iseħħu f’daqqa jew li jservu ta’ preġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ diretti lejn il-Komunità. F’każ li sseħħ bidla f’daqqa jew li sservi ta’ preġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (inkluża konċentrazzjoni reġjonali jew it-telfa ta’ konsumaturi tradizzjonali), il-Komunità se tkun intitolata li tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet se jinżammu minnufih.

3.   L-Ukraina trid tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-esportazzjonijiet diretti lill-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness II jinfirxu b’mod uniformi kemm jista’ jkun fuq medda ta’ sena. F’każ li sseħħ żieda qawwija f’daqqa jew li sservi ta’ preġudizzju, il-Komunità se tkun intitolata li tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet se jinżammu minnufih.

4.   Flimkien ma’ l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3, u mingħajr preġudizzju għal konsultazzjonijiet previsti bl-Artikolu 2(5), fil-każ fejn liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Ukraina jilħqu d-90 % tal-limiti kwantitattivi għas-sena kalendarja partikolari, kwalunkwe naħa mill-Partijiet tista’ tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet se jinżammu minnufih. Fl-istennija tar-riżultat ta’ dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet l-awtoritajiet ta’ l-Ukraina jistgħu joħorġu liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti stipulati fl-Anness II sakemm ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fl-Anness III.

Artikolu 6

1.   Fil-każ fejn kwalunkwe prodott stipulat fl-Anness II qiegħed ikun importat fil-Komunità mill-Ukraina taħt dawn it-tipi ta’ kondizzjonijiet b’tali mod li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili, il-Komunità trid tipprovdi l-Ukraina bl-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet minnufih.

2.   F’każ li l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ifallu li jaslu għal ftehim fi żmien 30 jum minn meta tintalab il-kondizzjoni għall-konsultazzjonijiet min-naħa tal-Komunità, il-Komunità tista’ tuża d-dritt li tieħu azzjoni li tikkonċerna miżuri ta’ salvagwardja skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni jridu japplikaw.

Artikolu 7

1.   L-ikklassifikar tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huwa bbażat fuq in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika tal-Komunità minn issa ‘l quddiem “nomenklatura magħquda”, jew fil-forma mqassra “NM”. Kwalunkwe emenda għan-nomenklatura magħquda li saret skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li jikkonċernaw il-prodotti stipulati fl-Anness II jew kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ l-ikklassifikar ta’ l-oġġetti ma tridx ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi tal-prodotti stipulati fl-Anness III.

2.   L-oriġini tal-prodotti koperti b’dan il-Ftehim għandu jiġi determinat skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità. Kwalunkwe emenda għal dawn ir-regoli ta’ oriġini trid tkun ikkomunikata lill-Gvern ta’ l-Ukraina u trid li ma jkollhiex l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri ta’ kontroll ta’ l-oriġini tal-prodotti riferuti hawn fuq huma mfassla f’Protokoll A.

Artikolu 8

1.   Mingħajr preġudizzju għall-iskambju perjodiku ta’ informazzjoni fuq il-liċenzji ta’ esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni skond l-Artikolu 4(1), il-Partijiet jaqblu li jpartu l-informazzjoni disponibbli ta’ l-istatistika relatata mal-kummerċ fil-prodotti stipulati fl-Anness II f’intervalli adatti, li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-iqsar perjodi li fihom titħejja l-informazzjoni partikolari, li se tkopri l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 u l-istatistika ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti partikolari.

2.   Kwalunkwe naħa mill-Partijiet tista’ tagħmel kondizzjoni għal talba ta’ konsultazzjonijiet fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza sinifikanti fl-iskambju ta’ informazzjoni.

Artikolu 9

1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet li jikkonċernaw konsultazzjonijiet previsti fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi fl-Artikoli preċedenti, iridu jinżammu konsultazzjonijiet dwar kwalunkwe problema li tinqala’ mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim hekk kif issir talba ta’ kondizzjoni minn kwalunkwe naħa tal-Partijiet. Kwalunkwe konsultazzjonijiet iridu jseħħu fi spirtu ta’ kooperazzjoni u b’xewqa li jkunu rrikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet.

2.   Fil-każ fejn il-Ftehim jipprovdi li l-konsultazzjonijiet iridu jinżammu minnufih, il-Partijiet se jwiegħdu li jużaw il-mezzi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw li dan jintlaħaq.

3.   Kwalunkwe konsultazzjoni oħra trid tkun irregolata minn dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

kwalunkwe talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra,

fejn huwa adatt, it-talba ta’ kondizzjoni trid tkun segwita fi żmien perjodu raġjonevoli b’rapport li jistipula r-raġunijiet għall-konsultazzjonijiet,

konsultazzjonijiet iridu jibdew fi żmien xahar mid-data ta’ l-irċevuta tat-talba ta’ kondizzjoni,

konsultazzjonijiet iridu jħabirku sabiex jaslu għal riżultat li huwa aċċettabbli b’mod reċiproku fi żmien xahar minn meta jinbdew, sakemm il-perjodu ma jittawwalx permezz ta’ ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 10

1.   Dan il-Ftehim irid jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ meta jkun iffirmat. Għandu jinżamm fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2007 u jkun suġġett għall-modifiki mill-Partijiet u sakemm ma jiġix rifjutat jew terminat fi qbil ma’, rispettivament, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 jew 4. Dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena b’sena sakemm la l-waħda u lanqas l-oħra miż-żewġ Partijiet ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub tar-rinunzja tal-Ftehim sitt xhur qabel ma jiskadi. Ma kull tiġdid minn kmieni, l-kwantitajiet ġewwa kull prodott għandhom jiżdiedu bi 2,5 %.

2.   Kwalunkwe naħa miż-żewġ Partijiet fi kwalunkwe waqt tista’ tipproponi modifiki għal dan il-Ftehim li jridu jissodisfaw il-kondizzjoni ta’ kunsens reċiproku tal-Partijiet u jidħlu fis-seħħ hekk kif jiftiehmu.

3.   Kwalunkwe naħa miż-żewġ partijiet jistgħu jiddenunzjaw dan il-Ftehim, sakemm tingħata notifika ta’ mill-inqas sitt xhur. F’dan il-każ, il-Ftehim jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika u l-limiti stabbiliti b’dan il-Ftehim jitnaqqsu fuq bażi pro rata sad-data li fiha seħħet id-denunzja sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

4.   Fil-kaz li l-Ukraina taderixxi ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) qabel ma jiskadi dan il-Ftehim, il-Ftehim irid jintemm u l-limiti kwantitattivi jridu jitneħħew mid-data ta’ l-adeżjoni.

5.   Il-Komunità fi kwalunkwe żmien tirriżerva d-dritt li tieħu l-miżuri adatti kollha inklużi, fil-każ fejn il-Partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu soluzzjoni li tkun sodisfaċenti b’mod reċiproku fil-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikoli ta’ qabel jew fil-każ fejn dan il-Ftehim ikun iddenunzjat minn kwalunkwe naħa miż-żewġ partijiet, li tintroduċi mill-ġdid sistema ta’ kwoti awtonomi fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet mill-Ukraina tal-prodotti msemmija fl-Anness II.

6.   L-Annessi I, II u III, id-dikjarazzjonijiet 1, 2, 3 u 4, il-minuta miftiehma u l-Protokoll A mehmuża ma’ dan il-Ftehim iridu jifformaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 11

Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Ukraina, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkunu ugwalment awtentiċi.

Съставено в Люксембург на oceмнадесети юни две хиляди и седма година.

Hecho en Luxemburgo, el dieciocho de junio de dos mil siete.

V Lucemburku dne osmnáctého června dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Luxembourg den attende juni to tusind og syv.

Geschehen zu Luxemburg am achtzehnten Juni zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kaheksateistkümnendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις δέκα οκτώ Ιουνίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Luxembourg, on the eighteenth day of June in the year two thousand and seven.

Fait à Luxembourg, le dix-huit juin deux mille sept.

Fatto a Lussemburgo, addì diciotto giugno duemilasette.

Luksemburgā divtūkstoš septītā gada astoņpadsmitajā jūnijā.

Priimta Liuksemburge, du tūkstančiai septintųjų metų birželio aštuonioliktą dieną.

Kelt Luxembourgban, a kétezer-hetedik év június havának tizennyolcadik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-tmintax-il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Luxemburg, de achttiende juni tweeduizend zeven.

Sporządzono w Luksemburgu dnia osiemnastego czerwca roku dwa tysiące siódmego.

Feito no Luxemburgo, em dezoito de Junho de dois mil e sete.

Întocmit la Luxemburg, optsprezece iunie două mii șapte.

V Luxemburgu osemnásteho júna dvetisícsedem.

V Luxembourgu, dne osemnajstega junija leta dva tisoč sedem.

Tehty Luxemburgissa kahdeksantenatoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Luxemburg den artonde juni tjugohundrasju.

Вчинено у Люксембурзі у вісімнадцятий день червня двохтисячо сьомого року.

За Eвропейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

За Eвропейське Співтовариство

Image 1

Image 2

За правителството на Украйна

Por el Gobierno de Ucrania

Za vládu Ukrajiny

For Ukraines regering

Für die Regierung der Ukraine

Ukraina valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Ουκρανίας

For the Government of Ukraine

Pour le gouvernement ukrainien

Per il governo dell'Ucraina

Ukrainas valdības vārdā

Ukrainos Vyriausybės vardu

Ukrajna kormánya részéről

Għall-Gvern ta' l-Ukraina

Voor de regering van Oekraïne

W imieniu Rządu Ukrainy

Pelo Governo da Ucrânia

Pentru Guvernul Ucrainei

Za vládu Ukrajiny

Za Vlado Ukrajine

Ukrainan hallituksen puolesta

För Ukrainas regering

За Уряд України

Image 3

ANNESS I

7201 10 11 00

7201 10 19 00

7201 10 30 00

7201 10 90 00

7201 20 00 00

7201 50 10 00

7201 50 90 00

7202 11 20 00

7202 11 80 00

7202 99 10 10

7203 10 00 00

7203 90 00 00

7204 10 00 00

7204 21 10 00

7204 21 90 00

7204 29 00 00

7204 30 00 00

7204 41 10 00

7204 41 91 00

7204 41 99 00

7204 49 10 00

7204 49 30 00

7204 49 90 00

7204 50 00 00

7204 90 02 29  (1)

7206 10 00 00

7206 90 00 00

7207 11 11 00

7207 11 14 00

7207 11 16 00

7207 12 10 00

7207 19 12 10

7207 19 12 91

7207 19 12 99

7207 19 80 10

7207 20 11 00

7207 20 15 00

7207 20 17 00

7207 20 32 00

7207 20 52 00

7207 20 80 10

7208 10 00 00

7208 25 00 00

7208 26 00 00

7208 27 00 00

7208 36 00 00

7208 37 00 10

7208 37 00 90

7208 38 00 10

7208 38 00 90

7208 39 00 10

7208 39 00 90

7208 40 00 10

7208 40 00 90

7208 51 20 10

7208 51 20 91

7208 51 20 93

7208 51 20 97

7208 51 20 98

7208 51 91 00

7208 51 98 10

7208 51 98 91

7208 51 98 99

7208 52 10 00

7208 52 91 00

7208 52 99 00

7208 53 10 00

7208 53 90 00

7208 54 00 00

7208 90 80 10

7209 15 00 00

7209 16 10 00

7209 16 90 00

7209 17 10 00

7209 17 90 00

7209 18 10 00

7209 18 91 00

7209 18 99 00

7209 25 00 00

7209 26 10 00

7209 26 90 00

7209 27 10 00

7209 27 90 00

7209 28 10 00

7209 28 90 00

7209 90 80 10

7210 11 00 10

7210 12 20 10

7210 12 80 10

7210 20 00 10

7210 30 00 10

7210 41 00 10

7210 49 00 10

7210 50 00 10

7210 61 00 10

7210 69 00 10

7210 70 10 10

7210 70 80 10

7210 90 30 10

7210 90 40 10

7210 90 80 91

7211 13 00 00

7211 14 00 10

7211 14 00 90

7211 19 00 10

7211 19 00 90

7211 23 20 10

7211 23 30 10

7211 23 30 91

7211 23 80 10

7211 23 80 91

7211 29 00 10

7211 90 80 10

7212 10 10 00

7212 10 90 11

7212 20 00 11

7212 30 00 11

7212 40 20 10

7212 40 20 91

7212 40 80 11

7212 50 20 11

7212 50 30 11

7212 50 40 11

7212 50 61 11

7212 50 69 11

7212 50 90 13

7212 60 00 11

7212 60 00 91

7213 10 00 00

7213 20 00 00

7213 91 10 00

7213 91 20 00

7213 91 41 00

7213 91 49 00

7213 91 70 00

7213 91 90 00

7213 99 10 00

7213 99 90 00

7214 20 00 00

7214 30 00 00

7214 91 10 00

7214 91 90 00

7214 99 10 00

7214 99 31 00

7214 99 39 00

7214 99 50 00

7214 99 71 00

7214 99 79 00

7214 99 95 00

7215 90 00 10

7216 10 00 00

7216 21 00 00

7216 22 00 00

7216 31 10 00

7216 31 90 00

7216 32 11 00

7216 32 19 00

7216 32 91 00

7216 32 99 00

7216 33 10 00

7216 33 90 00

7216 40 10 00

7216 40 90 00

7216 50 10 00

7216 50 91 00

7216 50 99 00

7216 99 00 10

7218 10 00 00

7218 91 10 00  (2)

7218 91 80 00  (3)

7218 99 11 00

7218 99 20 00

7219 11 00 00

7219 12 10 00

7219 12 90 00

7219 13 10 00

7219 13 90 00

7219 14 10 00

7219 14 90 00

7219 21 10 00

7219 21 90 00

7219 22 10 00

7219 22 90 00

7219 23 00 00

7219 24 00 00

7219 31 00 00

7219 32 10 00

7219 32 90 00

7219 33 10 00

7219 33 90 00

7219 34 10 00

7219 34 90 00

7219 35 10 00

7219 35 90 00

7219 90 80 10

7220 11 00 00

7220 12 00 00

7220 20 21 10

7220 20 29 10

7220 20 41 10

7220 20 49 10

7220 20 81 10

7220 20 89 10

7220 90 80 10

7221 00 10 00

7221 00 90 00

7222 11 11 00

7222 11 19 00

7222 11 81 00

7222 11 89 00

7222 19 10 00

7222 19 90 00

7222 30 97 10

7222 40 10 00

7222 40 90 10

7224 10 00 00

7224 90 02 89

7224 90 03 00

7224 90 05 00

7224 90 07 00

7224 90 14 00

7224 90 31 00

7224 90 38 00

7225 11 00 00

7225 19 10 00

7225 19 90 00

7225 30 10 00

7225 30 30 10

7225 30 90 00

7225 40 12 30

7225 40 12 90

7225 40 15 10

7225 40 40 00

7225 50 20 10

7225 40 60 00

7225 40 90 00

7225 50 80 00

7225 91 00 10

7225 92 00 10

7225 99 00 10

7226 11 00 10

7226 19 10 00

7226 19 80 10

7226 20 00 10

7226 91 20 00

7226 91 91 00

7226 91 99 00

7226 92 00 10

7226 99 10 00

7226 99 30 00

7226 99 70 10

7227 10 00 00

7227 20 00 00

7227 90 10 00

7227 90 50 00

7227 90 95 00

7228 10 20 00

7228 20 10 10

7228 20 10 91

7228 20 91 10

7228 20 91 90

7228 30 20 00

7228 30 41 00

7228 30 49 00

7228 30 61 00

7228 30 69 00

7228 30 70 00

7228 30 89 00

7228 60 20 10

7228 60 80 10

7228 70 10 00

7228 70 90 10

7228 80 00 10

7228 80 00 90

7301 10 00 00

7302 10 21 00

7302 10 23 00

7302 10 29 00

7302 10 40 00

7302 10 50 00

7302 10 90 00

7302 40 00 00  (4)

7302 90 00 00  (5)


(1)  Limitat għal ex-7204 90 08 u ex-7224 90 15 tat-Trattat KEFA skadut.

(2)  Limitat għal ex-7218 91 11 tat-Trattat KEFA skadut.

(3)  Limitat għal ex-7218 91 19 tat-Trattat KEFA skadut.

(4)  Limitat għal ex-7304 40 10 tat-Trattat KEFA skadut.

(5)  Limitat għal ex-7302 90 20 tat-Trattat KEFA skadut.

ANNESS II

SA Prodotti rrumblati ċatti

SA1. (rombli)

7208 10 00 00

7208 25 00 00

7208 26 00 00

7208 27 00 00

7208 36 00 00

7208 37 00 10

7208 37 00 90

7208 38 00 10

7208 38 00 90

7208 39 00 10

7208 39 00 90

7211 14 00 10

7211 19 00 10

7219 11 00 00

7219 12 10 00

7219 12 90 00

7219 13 10 00

7219 13 90 00

7219 14 10 00

7219 14 90 00

7225 30 10 00

7225 30 30 10

7225 30 90 00

7225 40 15 10

7225 50 20 10

SA2. (heavy Plate)

7208 40 00 10

7208 51 20 10

7208 51 20 91

7208 51 20 93

7208 51 20 97

7208 51 20 98

7208 51 91 00

7208 51 98 10

7208 51 98 91

7208 51 98 99

7208 52 10 00

7208 52 91 00

7208 52 99 00

7208 53 10 00

7211 13 00 00

7225 40 12 30

7225 40 40 00

7225 40 60 00

7225 99 00 10

SA3 (prodotti oħra rrumblatti

7208 40 00 90

7208 53 90 00

7208 54 00 00

7208 90 80 10

7209 15 00 00

7209 16 10 00

7209 16 90 00

7209 17 10 00

7209 17 90 00

7209 18 10 00

7209 18 91 00

7209 18 99 00

7209 25 00 00

7209 26 10 00

7209 26 90 00

7209 27 10 00

7209 27 90 00

7209 28 10 00

7209 28 90 00

7209 90 80 10

7210 11 00 10

7210 12 20 10

7210 12 80 10

7210 20 00 10

7210 30 00 10

7210 41 00 10

7210 49 00 10

7210 50 00 10

7210 61 00 10

7210 69 00 10

7210 70 10 10

7210 70 80 10

7210 90 30 10

7210 90 40 10

7210 90 80 91

7211 14 00 90

7211 19 00 90

7211 23 20 10

7211 23 30 10

7211 23 30 91

7211 23 80 10

7211 23 80 91

7211 29 00 10

7211 90 80 10

7212 10 10 00

7212 10 90 11

7212 20 00 11

7212 30 00 11

7212 40 20 10

7212 40 20 91

7212 40 80 11

7212 50 20 11

7212 50 30 11

7212 50 40 11

7212 50 61 11

7212 50 69 11

7212 50 90 13

7212 60 00 11

7212 60 00 91

7219 21 10 00

7219 21 90 00

7219 22 10 00

7219 22 90 00

7219 23 00 00

7219 24 00 00

7219 31 00 00

7219 32 10 00

7219 32 90 00

7219 33 10 00

7219 33 90 00

7219 34 10 00

7219 34 90 00

7219 35 10 00

7219 35 90 00

7225 40 12 90

7225 40 90 00

SB Twal

SB1. (travi)

7216 31 10 00

7216 31 90 00

7216 32 11 00

7216 32 19 00

7216 32 91 00

7216 32 99 00

7216 33 10 00

7216 33 90 00

SB2. (vireg tal-wajer)

7213 10 00 00

7213 20 00 00

7213 91 10 00

7213 91 20 00

7213 91 41 00

7213 91 49 00

7213 91 70 00

7213 91 90 00

7213 99 10 00

7213 99 90 00

7221 00 10 00

7221 00 90 00

7227 10 00 00

7227 20 00 00

7227 90 10 00

7227 90 50 00

7227 90 95 00

SB3. (twal oħra)

7207 19 12 10

7207 19 12 91

7207 19 12 99

7207 20 52 00

7214 20 00 00

7214 30 00 00

7214 91 10 00

7214 91 90 00

7214 99 10 00

7214 99 31 00

7214 99 39 00

7214 99 50 00

7214 99 71 00

7214 99 79 00

7214 99 95 00

7215 90 00 10

7216 10 00 00

7216 21 00 00

7216 22 00 00

7216 40 10 00

7216 40 90 00

7216 50 10 00

7216 50 91 00

7216 50 99 00

7216 99 00 10

7218 99 20 00

7222 11 11 00

7222 11 19 00

7222 11 81 00

7222 11 89 00

7222 19 10 00

7222 19 90 00

7222 30 97 10

7222 40 10 00

7222 40 90 10

7224 90 02 89

7224 90 31 00

7224 90 38 00

7228 10 20 00

7228 20 10 10

7228 20 10 91

7228 20 91 10

7228 20 91 90

7228 30 20 00

7228 30 41 00

7228 30 49 00

7228 30 61 00

7228 30 69 00

7228 30 70 00

7228 30 89 00

7228 60 20 10

7228 60 80 10

7228 70 10 00

7228 70 90 10

7228 80 00 10

7228 80 00 90

7301 10 00 00

ANNESS III

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

2007

SA. Prodotti rrumblati ċatti

SA1. Kojlijiet

190 000

SA2. Pjanċi ħoxnin

390 000

SA3. Prodotti ċatti rrumblati oħra

140 000

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

50 000

SB2. Vireg tal-wajer

195 000

SB3. Prodotti oħra twal

355 000

Nota: SA u SB huma “kategoriji”

SA1, SA2, SA3, SB1, SB2 u SB3 huma “gruppi ta’ prodotti”

MINUTA MIFTIEHMA

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li:

skond l-iskambju tat-tagħrif previst fl-Artikolu 4 (1) dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni il-Partijiet se jipprovdu dak it-tagħrif b’referenza għall-Istat Membru flimkien mal-Komunità bħala ħaġa waħda,

fl-istennija ta’ riżultat sodisfaċenti tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) il-Gvern ta’ l-Ukraina se jikkoopera, jekk jintalab il-kondizzjoni li jagħmel hekk mingħand il-Komunità, billi ma joħroġx liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jiggravaw il-problemi li jirriżultaw minn tibdiliet ħesrem u li jservu ta’ perġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ; kif ukoll

il-Gvern ta’ l-Ukraina se tieħu f’kunsiderazzjoni n-natura sensittiva tas-swieq reġjunali żgħar fil-Komunità kemm dwar il-ħtiġijiet tradizzjonali tagħhom għall-provvisti kif ukoll biex ikunu evitati konċentrazzjonijiet reġjunali.

 

DIKJARAZZJONI Nru 1

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, u b’mod aktar partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, il-Partijiet jikkonfermaw li jifhmu li dan il-Ftehim ma jaffettwax sistemi eżistenti li jikkonċernaw l-importazzjoni u d-dazji f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti ta’ l-azzar imsemmija fl-Anness II tal-Ftehim li huma intenzjonati għal ċerti kategoriji ta’ vapuri, dgħajjes u bastimenti oħra u pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni għall-għanijiet sabiex jinbnew, jissewwew, jinżammu jew ikunu konvertiti u fir-rigward ta’ oġġetti maħsuba li jservu ta’ tagħmir jew li jarmaw dawn it-tipi ta’ vapuri, dgħajjes u bastimenti oħra.

DIKJARAZZJONI Nru 2

Il-Partijiet jaqblu li jridu ma japplikawx restrizzjonijiet kwantitattivi, taxxi doganali, spejjeż jew kwalunkwe miżura li għandha effett ekwivalenti fuq l-esportazzjoni ta’ rimi u skart tal-ħadid li jaqa’ taħt l-intestatura tan-Nomenklatura Magħquda 7204.

Minkejja dan, l-Ukraina attwalment qiegħda tapplika taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ rimi tal-ħadid ta’ € 30 għal kull tunellata. Il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III ta’ dan il-Ftehim jieħdu f’kunsiderazzjoni din it-taxxa. L-Ukraina hija impenjata li ma żżidx din it-taxxa. Kieku l-Ukraina kellha tnaqqas jew tneħħi din it-taxxa fuq il-pożizzjonijiet tar-rimi tal-ħadid kollu, il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness III jiżdiedu b’dan il-mod għal 43 %. Iż-żieda ta’ dawn il-limiti kwantitattivi jkunu proporzjonati direttament għat-tnaqqis ta’ l-imposta.

Fil-każ ta’ tneħħija jew tnaqqis tat-taxxa ta’ l-esportazzjoni ta’ 30 € fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti tar-rimi tal-ħadid (ferrous scrap positions), pereżempju, rimi li tqatta’ f’biċċiet żgħar, il-Partijiet jridu jidħlu minnufih f’konsultazzjonijiet sabiex jivvalutaw iż-żieda tal-limiti kwantitattivi stipulata fl-Anness III.

DIKJARAZZJONI Nru 3

Iż-żewġ Partijiet jimmiraw li jiksbu liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar. F’dan il-kuntest, iż-żewġ Partijiet għandhom l-intenzjoni li jtemmu r-restrizzjonijiet kwantitattivi ladarba l-Ukraina ssir membru tad-WTO. Jagħrfu wkoll li hija kondizzjoni importanti għall-promozzjoni tal-kummerċ bejniethom, li l-kompetizzjoni, l-għajnuna statali u d-dispożizzjonijiet dwar l-ambjent applikabbli għal kull Parti jridu jkunu kompatibbli. Għal dan l-għan, u fuq talba ta’ l-awtoritajiet l-Ukraina, il-Komunità trid tipprovdi għajnuna teknika fi ħdan il-limiti tal-mezzi baġitarji rilevanti stabbiliti, biex tgħin lill-Ukraina tadotta u twettaq id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jkunu kompatibbli ma’ dawk adottati u applikati fil-Komunità. Din it-tip ta’ għajnuna trid tkun speċifikata fi proġetti li dwarhom għandhom jaqblu ż-żewġ Partijiet u tidentifika b’mod ċar, inter alia, l-għanijiet, il-mezzi u l-medda ta’ żmien.

DIKJARAZZJONI Nru 4

F’każ li ċerti operaturi Ukraini kellhom joħolqu ċentri ta’ servizz fil-Komunità li jipproċessaw b’mod ulterjuri l-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness II importati mill-Ukraina, l-Ukraina tiddikjara li tista’ titlob il-kondizzjoni ta’ żieda tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness III. F’dan il-każ, il-Komunità trid teżamina din it-tip ta’ kondizzjoni ta’ talba għaż-żieda u l-Partijiet se jidħlu f’konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.

PROTOKOLL A

TITOLU I

KLASSIFIKAZZJONI

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jgħarrfu lill-Ukraina dwar kwalunkwe bidla fin-nomenklatura magħquda (NM) b’rabta mal-prodotti koperti bil-Ftehim qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina bi kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ l-ikklassifikar ta’ prodotti koperti b’dan il-Ftehim fi żmien ta’ mhux aktar tard minn xahar mill-adozzjoni tagħhom.

Din it-tip ta’ deskrizzjoni trid tinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-prodotti konċernati,

(b)

il-kodiċi NM rilevanti,

(ċ)

ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

3.   F’każ fejn deċiżjoni fuq ir-riżultati ta’ l-iklassifikar tirriżulta f’bidla fil-prassi ta’ l-iklassifikar ta’ kwalunkwe prodott kopert b’dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità se jipprovu avviż ta’ 30 jum, mid-data tal-komunikazzjoni tal-Komunità, qabel mad-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Prodotti kkunsinjati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni jridu jibqgħu soġġetti għall-prassi ta’ l-ikklassifikar ta’ qabel, sakemm l-oġġetti partikolari huma ppreżentati għall-importazzjoni fil-Komunità fi żmien 60 jum minn dik id-data.

4.   Fil-każ fejn deċiżjoni tal-Komunità fuq l-ikklassifikar li twassal għal bidla ta’ prassi ta’ l-ikklassifikar ta’ kwalunkwe prodott kopert mill-Ftehim taffettwa kategorija soġġetta għal-limiti kwantitattivi, il-Partijiet jaqblu li jidħlu f’konsultazzjonijiet skond il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim bi ħsieb li jonoraw l-obbligu li jinsab fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

5.   Fil-każ ta’ opinjonijiet diverġenti bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u l-Komunità fil-punt ta’ dħul għal ġewwa l-Komunità dwar l-ikklassifikar ta’ prodotti koperti mill-Ftehim, l-iklassifikar irid ikun ibbażat provviżorjament fuq indikazzjonijiet ipprovduti mill-Komunità, fl-istennija ta’ konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9 bil-ħsieb li jintlaħaq qbil fuq l-ikklassifikar definittiv tal-prodotti kkonċernati.

TITOLU II

L-ORIĠINI

Artikolu 2

1.   Prodotti li joriġinaw fl-Ukraina skond ir-Regolament tal-Komunità fis-seħħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Ftehim iridu jkollhom magħhom ċertifikat ta’ oriġini Ukraina li jikkonforma mal-mudell li huwa anness ma’ dan il-Protokoll.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jrid jiġi ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet Ukraini li jkunu awtorizzati għal dawn l-għanijiet taħt il-leġiżlazzjoni Ukraina dwar jekk il-prodotti in partikolari għandhomx jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw mill-Ukraina.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jrid jinħareġ biss għal applikazzjoni li tkun saret bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabilità ta’ l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. L-organizzazzjonijiet Ukraini awtorizzati għal dawn l-għanijiet taħt il-leġiżlazzjoni Ukraina jridu jiżguraw li ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jimtela kif suppost, u għal dan l-għan dawn iridu jagħmlu talba għal kwalunkwe prova dokumentata meħtieġa jew inkella jwettqu kull verifika li huma jkunu jqisu bħala waħda adattata.

Artikolu 4

L-osservanza ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fiċ-ċertifikat ta’ l-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti murija lill-uffiċċju tad-dwana biex ikunu jistgħu jsiru l-formalitajiet għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti m’għandux ipso facto jitfa’ dubju fuq id-dikjarazzjonijiet li jsiru fiċ-ċertifikat.

TITOLU III

SISTEMA TA’ ĊĊEKKJAR DOPPJU GĦAL PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL-LIMITI KWANTITATTIVI

TAQSIMA I

Esportazzjoni

Artikolu 5

L-awtoritajiet adatti tal-Gvern Ukrain iridu joħorġu liċenzja ta’ l-esportazzjoni dwar il-kunsinni kollha ta’ prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina li jkunu koperti bil-Ftehim sal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III tal-Ftehim.

Artikolu 6

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni trid tkun konformi mal-mudell mehmuż ma’ dan il-Protokoll u trid tkun valida għall-esportazzjonijiet fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

2.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni trid tiċċertifika inter alia li l-kwantità tal-prodott partikolari ġiet stabbilita kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit għall-prodott ikkonċernat fl-Anness III tal-Ftehim.

Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jiġi infurmati mill-ewwel bit-tneħħija jew bil-modifikazzjoni ta’ kwalunkwe liċenza ta’ l-esportazzjoni li tkun diġà nħarġet.

Artikolu 8

1.   L-esportazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha tkun seħħet il-konsenja ta’ l-oġġetti anke jekk il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun inħarġet qabel din il-konsenja.

2.   Għall-għanijiet li jkun applikat il-paragrafu 1, konsenja ta’ l-oġġetti titqies li seħħet fid-data ta’ meta tgħabbew għal fuq it-trasport ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 9

L-importatur irid jippreżenta l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik li fiha l-prodotti koperti bil-liċenzja jkunu kkunsinjati.

TAQSIMA II

Importazzjoni

Artikolu 10

Ir-rilaxx ta’ prodotti ta’ l-azzar għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità soġġetti għal-limiti kwantitattivi jrid jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 11

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tikkorrispondi magħha.

2.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjoni fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iħassru l-awtoritizzazzjoni ta’ l-importazzjoni li tkun diġà nħarġet kull meta l-liċenzja korrispondenti ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet irtirata. Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jiġu avżati dwar it-tneħħija jew it-tħassir tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li jkun diġà seħħ ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet rilevanti għandhom ikunu stabbiliti kontra l-limiti stabbiliti għall-prodott.

Artikolu 12

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jsibu li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina jaqbżu l-limiti kwantitattivi rilevanti stabbiliti għal prodotti koperti bl-Anness III tal-Ftehim l-awtoritajiet tal-Komunità jridu jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni fir-rigward ta’ prodotti koperti mil-limitu kwantitattiv partikolari. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jridu jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u jridu jingħataw bidu minnufih għall-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9 (1) tal-Ftehim.

TITOLU IV

FORMA U PRODUZZJONI TAL-LIĊENZI GĦALL-ESPORTAZZJONI U ĊERTIFIKATI TA’ L-ORIĠINI, U DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ L-ESPORTAZZJONIJIET FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 13

1.   Il-liċenza ta’ esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jista’ jkollu kopji miżjuda indikati bħal dawn. Għandhom jinkitbu bl-Ingliż. Jekk isiru bl-idejn, il-kliem għandu jkun bil-linka u bi skritt stampat.

Dawn id-dokumenti jridu jkollhom il-kejl ta’ 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża trid tkun karta bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpożità mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2. Jekk id-dokumenti jkollhom ħafna kopji il-kopja ta’ fuq nett, li hi l-oriġinali, għandha tkun stampata bi sfond guilloche pattern. Din il-kopja trid tkun immarkata b’mod ċcar bħala “oriġinali” u l-kopji l-oħrajn bħala “kopji”. L-oriġinali biss għandha tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala valida għall-iskop ta’ l-esportazzjoni fil-Komunità b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

2.   Kull dokument għandu jkollu n-numru tas-serje standardizzat, kemm jekk stampat u kemm jekk le, li bih għandu jkun identifikat.

Dan-numru għandu jkun magħmul minn dawn l-elementi:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż li qed jesporta kif ġej:

UA,

żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru maħsub li fih se jsir l-iżdoganar tal-merkanzija kif ġej:

BE

=

Il-Belġju

BG

=

Il-Bulgarija

CZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DK

=

Id-Danimarka

DE

=

Il-Ġermanja

EE

=

L-Estonja

EL

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FR

=

Franza

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

CY

=

Ċipru

LV

=

Il-Latvja

LT

=

Il-Litwanja

LU

=

Il-Lussemburgu

HU

=

L-Ungerija

MT

=

Malta

NL

=

L-Olanda

AT

=

L-Awstrija

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

RO

=

Ir-Rumanija

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakia

FI

=

Il-Finlandja

SE

=

L-Isvezja

GB

=

Ir-Renju Unit;

numru ta’ ċifra waħda li jidentifika s-sena partikolari li tikkorrispondi ma’ l-aħħar ċifra fis-sena, eż “7” għas-sena 2007,

numru b’żewġ ċifri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikulari kkonċernat li joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż esportatur,

numru b’ħames ċifri li jsegwu b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru li fih ikun maħsub li se jsir l-iżdoganar tal-merkanzija.

Artikolu 14

Il-liċenza għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jista’ jinħareġ wara l-konsenja tal-prodotti li għalihom huma jirreferu. F’dawn il-każijiet, dawn iridu juru l-kelmiet “maħruġ/a retrospettivament”.

Artikolu 15

1.   Fil-każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ta’ ċertifikat ta’ oriġini, l-esportatur jista’ japplika lill-awtoritajiet governattivi Ukraini li għandhom il-kompetenza li joħorġu liċenzji jew lill-organizzazzjonijiet Ukraini awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini taħt leġiżlazzjoni Ukraina, b’mod rispettiv, sabiex isir f’żewġ kopji fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni li għandu. Il-tieni kopja ta’ dan iċ-ċertifikat jew liċenzja li jkunu nħarġu b’dan il-mod irid ikollhom il-kelma “imtenni”.

2.   Id-duplikat għandu jġorr id-data tal-liċenza oriġinali ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini.

TITOLU V

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 16

Il-Partijiet iridu jikkooperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-kuntatti u l-iskambji tal-ħsibijiet, inkluż dawk fuq materji tekniċi, għandhom jiġu faċilitati miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 17

Biex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet iridu joffru għajnuna reċiproka biex ikunu vverifikati l-awtentiċità u l-eżattezza tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa jew ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun saret fit-termini ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 18

L-Ukraina trid tibgħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet kompetenti Ukraini li huma awtorizzati li joħorġu u jivverifikaw l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini flimkien ma’ kampjuni tal-marki uffiċjali u l-firem li jużaw. L-Ukraina trid ukoll tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla f’din l-informazzjoni.

Artikolu 19

1.   Għandhom isiru verifiki sussegwenti għalgħarrieda taċ-ċertifikat ta’ oriġini jew tal-liċenzji ta’ esportazzjoni, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju xieraq rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenza jew ta’ l-eżattezza ta’ l-informazzjoni fejn jirrigwarda l-oriġini vera tal-prodotti msemmija.

2.   F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità jridu jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew inkella kopja ta’ dawn lill-awtoritajiet Ukraini adatti fejn jagħtuhom, fejn huwa adatt, ir-raġunijiet għaliex għandha ssir inkjesta. Jekk il-fattura ġiet sottomessa, it-tali fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenza jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom ukoll jibagħtu kull informazzjoni li tkun inkisbet filwaqt li jissuġġerixxu li l-partikolarijiet mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-liċenza m’humiex eżatti.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 iridu jkunu jgħoddu għall-verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll.

4.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jkunu saru skond il-paragrafi 1 u 2 fuq kollox għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. L-informazzjoni komunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni f’kontroversja, tapplikax għall-merkanzija fil-fatt esportata u jekk din il-merkanzija hix eleġibbli għall-esportazzjoni taħt l-arranġamenti stabbiliti bil-Ftehim. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll, fuq talba tal-Komunità, kopji ta’ kull dokumentazzjoni neċessarja biex tiddetermina bi sħiħ il-fatti, u b’mod partikolari l-vera oriġini tal-merkanzija.

Jekk tali verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sistematiċi fl-użu taċ-ċertifikati ta’ oriġini, il-Komunità tista’ tissoġġetta importazzjonijiet tal-prodotti partikolari għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll.

5.   Għall-għan ta’ verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini, il-kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kwalunkwe dokument ta’ l-esportazzjoni li jkunu jirreferu għalihom iridu jinżammu mill-awtoritajiet Ukraini adatti għal mill-inqas sena wara t-tmiem tal-Ftehim.

6.   Ir-rikors għall-proċedura ta’ verifika b’mod każwali speċifikata f’dan l-Artikolu m’għandux joħloq ostaklu għar-rilaxx tal-prodotti partikolari għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

Artikolu 20

1.   Fejn il-proċedura tal-verifika msemmija fl-Artikolu 19 jew fejn it-tagħrif disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew ta’ l-Ukraina turi jew tidher li turi li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ikunu qegħdin jinkisru, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib b’urġenza adatta biex jevitaw dan it-tip ta’ evitar jew ksur.

2.   Għal dan l-għan, l-awtoritajiet Ukraini adatti għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba mill-Komunità, iwettqu l-inkjesti meħtieġa, jew jagħmlu arranġamenti biex ikunu jistgħu jsiru dawn l-inkjesti, dwar operat li jkun, jew jidher għall-Komunità li jkun qiegħed imur kontra dan il-Protokoll. L-Ukraina trid tikkomunika r-riżultati ta’ dawn l-inkjesti lill-Komunità, inkluż kwalunkwe tagħrif pertinenti ieħor li jkun iwassal biex tiġi stabbilita l-kawża ta’ dan il-ksur, inkluż biex tiġi stabbilita l-oriġini vera ta’ l-oġġetti.

3.   Bi ftehim bejn il-Komunità u l-Ukraina, l-uffiċjali maħtura mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti fl-inkjesti msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Skond il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u ta’ l-Ukraina jridu jibdlu kwalunkwe tagħrif meqjus minn kwalunkwe Parti bħala bżonjuż biex ikun evitat l-evitar jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dan il-bdil jista’ jinkludi tagħrif fuq il-kummerċ tal-prodotti koperti bil-Ftehim bejn l-Ukraina u pajjiżi terzi, l-aktar fejn il-Komunità jkollha raġunijiet sodi li l-prodotti partikolari jistgħu jkunu fi tranżitu fit-territorju ta’ l-Ukraina qabel ma dawn ikunu ġew impurtati fil-Komunità. Dan it-tagħrif jista’ jinkludi, fuq talba mill-Komunità, kopji tad-dokumenti rilevanti kollha, fejn dawn ikunu disponibbli.

5.   Fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll ġew evitati jew inkisru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u l-Komunità jistgħu jaqblu li jieħdu kwalunkwe miżura li tkun meħtieġa biex ikun evitat li dan il-ksur jew dan l-evitar jerġa’ jirrepeti ruħu.

Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni

Top