EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0446

2007/446/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ġunju 2007 dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils

ĠU L 169, 29.6.2007, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/446/oj

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2007

dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils

(2007/446/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea stqarret għanijiet fis-settur enerġetiku biex iżżid is-sigurtà tal-provvista u tilħaq produzzjoni u użu enerġetiku sostenibbli, inkluż it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mill-użu enerġetiku tagħha u l-politika tal-bijofjuwils tal-Komunità Ewropea qiegħda timmira għal dawn iż-żewġ għanijiet.

(2)

Fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali tagħha ma' l-imsieħba internazzjonali, il-Kummissjoni qiegħda timpenja attivament ruħha fi djalogi fil-qasam enerġetiku u forom oħra ta' kooperazzjoni rigward kwistjonijiet enerġetiċi.

(3)

Il-Brażil ta bidu għall-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils biex jippromwovi s-suq internazzjonali għall-bijofjuwils sostenibbli u għall-iskambju ta' esperjenzi u jibni kollaborazzjoni aktar mill-qrib dwar l-istandards u l-kodiċijiet biex jiffaċilitaw il-kummerċ fil-bijofjuwils kif ukoll biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka. Il-Forum Intenazzjonali dwar il-Bijofjuwils se jkun magħmul, fl-ewwel fażi tiegħu, minn sitt membri (il-gvernijiet tal-Brażil, l-Istati Uniti, l-Indja, iċ-Ċina, l-Afrika ta' Isfel u l-Kummissjoni Ewropea).

(4)

F'ittra, iddatata l-10 ta' Lulju 2006, li bagħat lill-President tal-Kummissjoni Barroso, il-President tal-Brażil stieden lill-Kummissjoni biex tissieħeb fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils.

(5)

Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tkun f'qagħda aħjar biex tikkoordina l-attivitajiet rilevanti, inkluż ir-riċerka, ma' dawk ta' nazzjonijiet żviluppati jew oħrajn li qegħdin jiżviluppaw.

(6)

Il-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils ma jmexxix proġetti tiegħu stess u ma jeħtiġx kontributi finanzjarji f'baġits komuni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “il-Kummissjoni”) għandha tipparteċipa bħala Membru fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils.

Artikolu 2

Il-Kummissarju għall-Enerġija, jew ir-rappreżentant deżinjat tiegħu, għandu s-setgħa li jiffirma d-Dikjarazzjoni dwar il-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils f'isem il-Kummissjoni u jirrappreżenta l-Kummissjoni fit-tħejjija tagħha.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


Top