Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0444

2007/444/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

ĠU L 169, 29.6.2007, pp. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/444/oj

Related international agreement

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Frar 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

(2007/444/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tal-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat negozjati għal Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew mill-kumitat relevanti stabbilit mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) mogħtija l-poter biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu sabiex jorbtu l-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MÜNTEFERING


(1)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(2)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

Wara li ngħata bidu għan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom mal-KE, u wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lil-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (KE)

u

L-GVERN TAL-KANADA (Kanada),

minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt bħala il-“Partijiet”,

FTEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

1.

Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-Komunitajiet Ewropej tal-25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-Iskeda ĊLX tagħha ta’ qabel tal-Komunitajiet Ewropej tal-15.

2.

Barra minn hekk, il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-anness ta’ dan il-Ftehim.

3.

Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi tagħha u taġġusta l-kwoti tar-rati tariffarji kif indikat fl-Anness mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2007.

4.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kanada tinnotifika dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi xierqa tagħha, wara l-iffirmar tal-Ftehim mill-partijiet.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL fi Brussell, f'dan il-ħamsa u għoxrin jum ta’ Ġunju 2007, f'żewġ kopji oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fil-Franċiż, biż-żewġ verżjonijiet awtentiċi bl-istess mod.

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Gvern Tal-Kanada

ANNESS

—

allokazzjoni ta’ kwota ta’ rata tariffarja għall-pajjiż (il-Kanada) ta’ 4 624 tunnellata ta’ majjal (numri tariffarji 0203 12 11 , 0203 12 19 , 0203 19 11 , 0203 19 13 , 0203 19 15 , ex 0203 19 55 , 0203 19 59 , 0203 22 11 , 0203 22 19 , 0203 29 11 , 0203 29 13 , 0203 29 15 , ex 0203 29 55 u 0203 29 59 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

—

żieda ta’ 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għal qatgħat ta’ majjal domestiku (numri tariffarji 0203 12 11 , 0203 12 19 , 0203 19 11 , 0203 19 13 , 0203 19 15 , ex 0203 19 55 , 0203 19 59 , 0203 22 11 , 0203 22 19 , 0203 29 11 , 0203 29 13 , 0203 29 15 , ex 0203 29 55 u 0203 29 59 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

—

żieda ta’ 1 265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għall-priżet u l-flettijiet taċ-ċanga tal-friża (ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 250 EUR/T

—

żieda ta’ 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“karkassa tat-tiġieġ, imkessħa jew iffriżata” (numri tariffarji 0207 11 10 ,0207 11 30 , 0207 11 90 ,0207 12 10 , 0207 12 90 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 131-162 EUR/T

—

żieda ta’ 4 070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tiġieġ, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 13 10 , 0207 13 20 , 0207 13 30 , 0207 13 40 , 0207 13 50 , 0207 13 60 , 0207 13 70 , 0207 14 20 , 0207 14 30 , 0207 14 40 , 0207 14 60 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-512 EUR/T

—

żieda ta’ 1 605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tajr” (numru tariffarju 0207 14 10 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 795 EUR/T

—

żieda ta’ 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ laħam tad-dundjan, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 24 10 , 0207 24 90 , 0207 25 10 , 0207 25 90 , 0207 26 10 , 0207 26 20 , 0207 26 30 , 0207 26 40 , 0207 26 50 , 0207 26 60 , 0207 26 70 , 0207 26 80 , 0207 27 30 , 0207 27 40 , 0207 27 50 , 0207 27 60 , 0207 27 70 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-425 EUR/T,

—

żieda ta’ 2 485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat tad-dundjan, iffriżati” (numri tariffarji 0207 27 10 , 0207 27 20 , 0207 27 80 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

—

żieda ta’ 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-ħalib tat-trab xkumat (numru tariffarju 0402 10 19 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 475 EUR/T

—

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 20 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 29 65 , 2204 29 75 ) fir-rata ta’ kwota ta’ 8,0 EUR/hlt,

—

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 40 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 21 79 , 2204 21 80 ) fir-rata ta’ kwota ta’ 10,0 EUR/hlt,

—

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 13 810 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2205 90 10 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 7,0 EUR/hlt,

—

ftugħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 2 838 tunnellata (erga omnes) għall-pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott (numri tariffarji 2008 20 11 , 2008 20 19 , 2008 20 31 , 2008 20 39 , 2008 20 71 , 2008 30 11 , 2008 30 19 , 2008 30 31 , 2008 30 39 , 2008 30 79 , 2008 40 11 , 2008 40 19 , 2008 40 21 , 2008 40 29 , 2008 40 31 , 2008 40 39 , 2008 50 11 , 2008 50 19 , 2008 50 31 , 2008 50 39 , 2008 50 51 , 2008 50 59 , 2008 50 71 , 2008 60 11 , 2008 60 19 , 2008 60 31 , 2008 60 39 , 2008 60 60 , 2008 70 11 , 2008 70 19 , 2008 70 31 , 2008 70 39 , 2008 70 51 , 2008 70 59 , 2008 80 11 , 2008 80 19 , 2008 80 31 , 2008 80 39 , 2008 80 70 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 20 %,

—

żieda ta’ 6 215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għax-xgħir (numru tariffarju 1003 00 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 16 EUR/T,

—

espansjoni ta’ 853 tunnellata ta’ l-allokazzjoni preżenti tal-Kanada fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-qamħ artab (numru tariffarju 1001 90 99 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 12 EUR/T,

—

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 242 074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tariffarji 1005 90 00 , 1005 10 90 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

—

ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2 058 tunnellata (erga omnes) għall-ikel tal-klieb u l-qtates (numri tariffarji 2309 10 13 , 2309 10 15 , 2309 10 19 , 2309 10 33 , 2309 10 39 , 2309 10 51 , 2309 10 53 , 2309 10 59 , 2309 10 70 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %,

—

żieda ta’ 2 700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-preparazzjonijiet ta’ tip użat fl-għalf ta’ l-annimali (numri tariffariji 2309 90 31 , 2309 90 41 , 2309 90 51 , 2309 90 95 , 2309 90 99 ), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %.


Top