Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0432

2007/432/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/499/KE marbuta ma’ pjanti li jinżammu fiċ-ċokon b’mod naturali jew artifiċjali ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2495)

ĠU L 161, 22.6.2007, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/432/oj

22.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/499/KE marbuta ma’ pjanti li jinżammu fiċ-ċokon b’mod naturali jew artifiċjali ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2495)

(2007/432/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità (1) ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/499/KE tas-26 ta’ Ġunju 2002 li tawtorizza derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE marbuta ma’ pjanti li jinżammu nani b’mod naturali jew artifiċjali ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (2) tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE li tirrigwarda pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea, għal perjodi limitati u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(2)

Ladarba għadhom jgħoddu ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni u ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

(3)

Id-Deċiżjoni 2002/499/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/499/KE qed tkun emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ l-Artikolu 2, “2008” tinbidel u hija sostitwita b’ “2010”.

(2)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-derogi msemmija fl-Artikolu 1 għal pjanti importati fil-Komunità f’dawn il-perjodi:

Pjanti

Perjodu

Chamaecyparis:

1.6.2004 sa 31.12.2010

Juniperus:

1.11.2004 sa 31.3.2005

1.11.2005 sa 31.3.2006

1.11.2006 sa 31.3.2007

1.11.2007 sa 31.3.2008

1.11.2008 sa 31.3.2009

1.11.2009 sa 31.3.2010

Pinus:

1.6.2004 sa 31.12.2010”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/775/KE (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 11).


Top