Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0427

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/427/PESK tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

ĠU L 159, 20.6.2007, pp. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/427/oj

20.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 159/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/427/PESK

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 18(5) flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/49/PESK (1) li ħatret lis-Sur Christian Schwarz-Schilling bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerżegovina.

(2)

Fis-7 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK (2) li emendat u estendiet, sat-30 ta' Ġunju 2007, il-mandat tas-Sur Christian Schwarz-Schilling bħala l-EUSR fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Is-Sur Christian Schwarz-Schilling informa lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli li hu ma kienx ser jitlob l-estensjoni tal-mandat tiegħu lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sad-29 ta’ Frar 2008. Għalhekk għandu jinħatar RSUE ġdid fil-Bosnja u Ħerzegovina għall-bqija tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-29 ta’ Frar 2008.

(5)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli rrakkomanda li s-Sur Miroslav Lajčák jiġi maħtur bħala r-RSUE l-ġdid fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(6)

L-Artikolu 49(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) jipprevedi li l-atti bażiċi jistgħu partikolarment jieħdu l-forma ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 18(5) tat-Trattat.

(7)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ħatra

Is-Sur Miroslav Lajčák huwa b'dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerzegovina għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-29 ta’ Frar 2008. Huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skond il-mandat u l-modalitajiet stabbiliti fl-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK.

Artikolu 2

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-29 ta’ Frar 2008 għandu jkun ta' EUR 1 530 000.

2.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun suġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' 1 ta’ Lulju 2007.

Artikolu 3

Reviżjoni

Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2007.

Artikolu 4

Effett

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)   ĠU L 26, 31.1.2006, p. 21. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Konġunta 2006/523/PESK (ĠU L 207, 27.7.2006, p. 30).

(2)   ĠU L 35, 8.2.2007, p. 35.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


Top