Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0420

    2007/420/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

    ĠU L 157, 19.6.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/420/oj

    19.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 157/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Ġunju 2007

    li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

    (2007/420/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati preżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidra l-veduti espressi mill-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel(‘l-Awtorità’). Il-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri hija indispensabbli wkoll.

    (2)

    Post ta’ Membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità, maħtur sat-30 ta’ Ġunju 2008, sar vakanti wara riżenja.

    (3)

    Il-kandidaturi ġew eżaminati bil-ħsieb li jinħatar membru ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew bil-għan li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ kompetenza relevanti, per eżempju fit-tmexxija u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Milan POGAČNIK huwa b’dan maħtur membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. SEEHOFER


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).


    Top