Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0401

2007/401/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 2007 li taħtar membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 151, 13.6.2007, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/401/oj

13.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2007

li taħtar membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/401/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenja tas-Sur CEREXHE sar vakanti,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjura Evelyne HUYTEBROECK, Ministru ta’ l-Ambjent, l-Enerġija, it-Turiżmu u l-Għajnuna għall-Persuni tal-Gvern tar-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale, hija maħtura bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, biex tissostitwixxi lis-Sur CEREXHE, għall-bqija tal-mandat li baqa’, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussel, 25 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top