Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0370

    2007/370/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Mejju 2007 li taħtar seba’ membri u ħames membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 140, 1.6.2007, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/370/oj

    1.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 140/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-14 ta’ Mejju 2007

    li taħtar seba’ membri u ħames membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2007/370/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010,

    (2)

    Saru vakanti sitt postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur CHATZOPOULOUS, is-Sur STAMATIS, is-Sinjura BAKOYANNI u s-Sur KARAVOLAS, is-Sur KAMARAS u s-Sur TZANIKOS. Post ta’ membru sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur TZATZANIS. Ħames postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur GEORGAKIS, is-Sur KOUTSOULIS, is-Sur MACHIMARIS, is-Sur SPARTSIS u s-Sur SPYRIDON.

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Qed jiġu b’dan maħtura għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Panayotis PSOMIADIS, Prefett ta’ Tessaloniki, li jibdel lis-Sur Christos CHATZOPOULOS,

    Is-Sur Georgios PAPASTERGIOU, Prefett ta’ Pieria, li jibdel lis-Sur Dimitrios STAMATIS,

    Is-Sur Nikitas KAKLAMANIS, Sindku ta’ Ateni, li jibdel lis- Sinjura Theodora BAKOYANNI,

    Is-Sur Andreas FOURAS, Sindku ta’ Patras, li jibdel lis- Sur Andreas KARAVOLAS,

    Is-Sur Grigorios ZAFIROPOULOS, Sindku ta’ Halandri (Ateni), li jibdel lis-Sur Pavlos KAMARAS,

    Is-Sur Dimitrios TSINGOUNIS, Sindku ta’ Leonidio (Arcadia), li jibdel lis-Sur Panayotis TZANIKOS,

    Is-Sur Konstantinos TZATZANIS, Kunsillier fil-Prefettura ta’ Pirée li jibdel lis-Sur Konstantinos TZATZANIS, Kunsillier Muniċipali ta’ Pirée;

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sur Konstantinos KONTOYORGOS, Prefett ta’ Evritania, li jibdel lis-Sur Theodoros GEORGAKIS,

    Is-Sur Dimitrios DRAKOS, Prefett ta’ Messinia, li jibdel lis-Sur Georgios KOUTSOULIS,

    Is-Sur Dimitrios KALOGEROPOULOS, Sindku ta’ Egaleo (Ateni), li jibdel lis-Sur Georgios MACHIMARIS,

    Is-Sur Dimitrios PREVEZANOS, Kunsillier fil-Muniċipalità ta’ Skiathos (Magnissia), li jibdel lis-Sur Ioannis SPARTSIS,

    Is-Sur Spyros SPYRIDON, Kunsillier fil-Prefettura ta’ Ateni - Le Pirée li jibdel lis-Sur Spyros SPYRIDON, Sindku ta’ Poros.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F.-W. STEINMEIER


    (1)  ĠU L 56, tal-25.2.2006, p. 75.


    Top