This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0358
Political and Security Committee Decision EUPT/1/2007 of 15 May 2007 extending the mandate of the Head of the EU Planning Team (EUPT Kosovo) regarding a possible EU crisis management operation in the field of rule of law and possible other areas in Kosovo
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPT/1/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPT/1/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo
ĠU L 133, 25.5.2007, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/09/2007
|
25.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 133/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPT/1/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo
(2007/358/CFSP)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/304/PESK ta' l-10 ta' April 2006 dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2)tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK jipprovdi sabiex il-Kunsill ikun jista' jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli(SĠ/RGħ), li jaħtar Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo). |
|
(2) |
Fit-2 ta' Mejju 2006, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUPT/Kosovo/1/2006 (2) li taħtar lis-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo). |
|
(3) |
Fil-11 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK sal-31 ta' Mejju 2007. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Diċembru 2006, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUPT/Kosovo/2/2006 (4) li testendi l-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) sal-31 ta' Mejju 2007. |
|
(5) |
Fl-14 ta' Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/334/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK sal-1 ta' Settembru 2007. |
|
(6) |
Is-SĠ/RGħ ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) sat-tmiem tal-mandat tal-EUPT Kosovo. |
|
(7) |
Għaldaqstant, il-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż sat-tmiem tal-mandat tal-EUPT Kosovo, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma oħra possibbli fil-Kosovo huwa b'dan estiż sat-tmiem tal-mandat tal-EUPT Kosovo.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika sat-tmiem tal-mandat tal-EUPT Kosovo.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
C. von GOETZE
(1) ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Azzjoni Konġunta 2007/334/PESK (ĠU L 125,15.5.2007, p. 29).
(2) ĠU L 130, 18.5.2006, p. 42.