This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0352
2007/352/EC: Council Decision of 14 May 2007 appointing a Deputy Director of Europol
2007/352/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Mejju 2007 li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol
2007/352/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Mejju 2007 li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol
ĠU L 132, 24.5.2007, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2011
24.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 132/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Mejju 2007
li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol
(2007/352/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA:
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tagħha,
Filwaqt li jaġixxa bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv,
BILLI:
(1) |
Minħabba l-iskadenza tal-ħatra ta’ Deputat Direttur ta’ l-Europol, huwa meħtieġ li jinħatar Deputat Direttur. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati ta’ l-Europol (2), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-għażla tad-Direttur jew ta’ Deputat Direttur ta’ l-Europol. |
(3) |
Il-Bord Amministrattiv ippreżenta lill-Kunsill b'lista qasira ta’ applikanti adatti għall-ħatra, flimkien ma’ l-inkartament sħiħ ta’ kull wieħed minn dawk l-applikanti, kif ukoll il-lista sħiħa ta’ l-applikanti. |
(4) |
Abbażi ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord Amministrattiv, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skond il-Kunsill, jissodisfa l-ħtiġiet kollha tal-pożizzjoni vakanti ta’ Deputat Direttur, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Eugenio ORLANDI hu b'dan maħtur Deputat Direttur ta’ l-Europol mill-1 ta’ Awissu 2007 sal-31 ta’ Lulju 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.
(2) Ara l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati ta’ l-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23) kif emendat bl-Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 (ĠU C 24, 31.1.2003, p. 1).