This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0316
2007/316/EC: Council Decision of 16 April 2007 establishing the position to be adopted on behalf of the Community within the International Sugar Council as regards the extension of the International Sugar Agreement 1992
2007/316/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2007 li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992
2007/316/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2007 li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992
ĠU L 119, 9.5.2007, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 119/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ April 2007
li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992
(2007/316/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993 għal perjodu ta’ 3 snin sal-31 ta’ Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b’mod regolari, għal perjodi oħra ta’ sentejn. L-aħħar darba li l-Ftehim ġie estiż kien f’Mejju 2005, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2007. Estensjoni oħra tal-Ftehim hi fl-interess tal-Komunità. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtoriżżata li tivvota favur din l-estensjoni,
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992, għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.
Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.
Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.