Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0244

    2007/244/PESK: Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/244/PESK tat- 23 ta’ April 2007 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan

    ĠU L 106, 24.4.2007, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 393–394 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/10/2007; Imħassar b' 32007D0690

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/244/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    393


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/244/PESK

    tat-23 ta’ April 2007

    li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill fis-17 ta' Ottubru 2006 adotta d-Deċiżjoni 2006/725/PESK (2) dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad- Darfur fis-Sudan, li estendiet il-finanzjament għall-komponent ċivili tagħha sat-30 ta' April 2007.

    (2)

    Sa meta ssir it-tranżizzjoni tal-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana (UA) għal operazzjoni ibrida NU/UA, il-Kunsill, konformement ma' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/486/PESK (3), iddeċieda li jkompli l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan.

    (3)

    Għalhekk, fir-rigward tal-komponent ċivili, huwa meħtieġ li l-Kunsill jiddeċiedi dwar il-finanzjament tal-kontinwazzjoni ta' din l-azzjoni ta' appoġġ.

    (4)

    L-azzjoni ta' appoġġ sejra ssir fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiħżien u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat ma' l-implimentazzjoni tat-Taqsima II ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK mill-1 ta' Mejju 2007 sal-31 ta' Ottubru 2007 għandu jkun ta' EUR 2 125 000. Dan l-ammont għandu jkopri l-perijodu tal-mandat attwali tal-Missjoni ta' l-UA fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan (AMIS) u perijodu transizzjonali sussegwenti li jwassal għal transizzjoni, eventwalment possibbli, għal operazzjoni ibrida NU/UA.

    2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi amministrat skond r-regoli u l-proċeduri tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

    Iċ-ċittadini ta' Stati terzi għandhom ikunu permessi jippreżentaw offerti għal kuntratti.

    3.   L-infiq għandu jkun eliġibbli mill-1 ta' Mejju 2007.

    Artikolu 2

    Il-Kunsill għandu jevalwa, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, jekk għandhiex titkompla l-azzjoni ta' appoġġ mill-UE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ April 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F.-W. STEINMEIER


    (1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.

    (2)  ĠU L 296, 26.10.2006, p. 24.

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/486/PESK tal-11 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan (ĠU L 192, 13.7.2006, p. 30).


    Top