EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0216

2007/216/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Jannar 2007 li temenda d-Direttiva 2004/677/KE fir-rigward ta' perjodu minimu ta' sekondar ta' esperti nazzjonali u persunal militari sekondati ma' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea

ĠU L 95, 5.4.2007, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 332–332 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D1352

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/216/oj

8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

332


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Jannar 2007

li temenda d-Direttiva 2004/677/KE fir-rigward ta' perjodu minimu ta' sekondar ta' esperti nazzjonali u persunal militari sekondati ma' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea

(2007/216/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/677/KE ta' l-24 ta' Settembru 2004 li tikkonċerna r-Regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari sekondati ma' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Direttiv ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea,

Billi:

L-Artikolu 11(3)(3.2.) ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (2) jipprevedi li l-persunal ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea jikkonsisti minn esperti nazzjonali sekondati minn Stati Membri parteċipanti kemm għal karigi fl-istruttura organizzattiva ta' l-Aġenzija kif ukoll għal kompiti u proġetti speċifiċi. Billi perjodu minimu ta' sitt xhur tas-sekondar jidher twil iżjed milli meħtieġ fil-każ ta' esperti nazzjonali sekondati għal kompiti u proġetti speċifiċi, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/677/KE għandha tiġi emendata bil-ħsieb li tipprovdi l-flessibbiltà meħtieġa fir-rigward tat-tul minimu ta' sekondar,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2004/677/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-perjodu ta' sekondar ma jistax ikun inqas minn xahrejn u lanqas ma jista' jeċċedi tliet snin u jista' jiġġedded suċċessivament sa perjodu totali li ma jeċċedix erba' snin.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

Horst SEEHOFER


(1)  ĠU L 310, 7.10.2004, p. 64.

(2)  ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17.


Top