This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0212
2007/212/EC: Commission Decision of 2 April 2007 amending Decision 2003/248/EC as regards the extension of the duration of temporary derogations from certain provisions of Council Directive 2000/29/EC in respect of plants of strawberry ( Fragaria L.), intended for planting, other than seeds, originating in Argentina (notified under document number C(2007) 1428)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin mill-Arġentina (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1428)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin mill-Arġentina (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1428)
ĠU L 94, 4.4.2007, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 433–433
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
433 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' April 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin mill-Arġentina
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1428)
(2007/212/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali tal-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma jistgħux fil-prinċipju jiddaħħlu fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m'hemmx riskju ta' tifrix ta' organiżmi perikolużi. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/248/KE (2) tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE biex tkun permessa l-importazzjoni ta' pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żrieragħ, li joriġinaw mill-Arġentina. |
|
(3) |
Iċ-ċirkostanzi li jiġustifikaw din id-deroga għadhom validi u m'hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta' revizjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi. |
|
(4) |
Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu ieħor limitat ta' żmien li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' pjanti bħal dawn, taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/248/KE hija emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, żdiedu l-punti (e) sa (h) li ġejjin:
|
“(e) |
l-1 ta' Ġunju 2007 sat-30 ta' Settembru 2007; |
|
(f) |
l-1 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Settembru 2008; |
|
(g) |
l-1 ta' Ġunju 2009 sat-30 ta' Settembru 2009; |
|
(h) |
l-1 ta' Ġunju 2010 sat-30 ta' Settembru 2010.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 2 ta' April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).