Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0174

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji jew reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li reġjun tal-Polonja huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1201) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 369–372 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/174/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    369


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Marzu 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji jew reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li reġjun tal-Polonja huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika

    (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1201)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/174/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali bovini u tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 64/432/KEE tipprevedi li Stati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jkunu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, mill-bruċellożi u mill-lewkożi bovina enżootika fil-konfront ta' annimali bovini bla ħsara għall-konformità ma' ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (2)

    Il-listi tar-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi tal-bovini u l-lewkożi enżootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, il-bruċellożi, u l-lewkożi enżootika ta' ċerti Stati Membri u reġjuni ta' Stati Membri fir-rigward ta' merħliet bovini (2).

    (3)

    L-Italja issa ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun ta' l-Emilia-Romagna, il-provinċji ta' Novara u Verbiana fir-Reġjun tal-Piemonte, il-provinċji ta' Livorno, Lucca u Siena fir-Reġjun tat-Toscana u l-provinċji ta' Belluno u Padova fir-Reġjun tal-Veneto sabiex dawn il-provinċji u dan ir-reġjun ikunu jistgħu jiġu ddikjarati bħala reġjuni ta' Stat Membru uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi.

    (4)

    L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta' Torino fir-Reġjun tal-Piemonte, il-provinċja ta' Firenze fir-Reġjun tat-Toscana u r-Reġjun tal-Veneto sabiex dawk il-provinċji jiġu ddikjarati bħala reġjuni ta' Stat Membru uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

    (5)

    L-Italja ppreżentat ukoll lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta' Savona fir-Reġjun tal-Liguria, il-provinċja ta' Oristano fir-Reġjun ta' Sardinia u r-Reġjun tal-Veneto sabiex dawk il-provinċji jkunu jiġu ddikjarati bħala reġjuni ta' Stat Membru uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika.

    (6)

    Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-provinċji u r-reġjuni kkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni ta' Stat Membru uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi bovina, mill-bruċellosi bovina, u mil-lewkosi enzotika bovina rispettivament.

    (7)

    Il-Polonja ppreżentat ukoll lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun ta' Śląskie sabiex dan ir-reġjun ikun jista' jiġi uffiċjalment iddikjarat bħala reġjun ta' Stat Membru ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

    (8)

    Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Polonja, ir-reġjun ikkonċernat għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun ta' Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

    (9)

    Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta' Marzu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/290/KE (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 21).


    ANNESS

    L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 2

    Ir-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

    Fl-Italja:

    Reġjun ta' l-Abruzzo: il-Provinċja ta' Pescara.

    Ir-Reġjun ta' l-Emilia-Romagna.

    Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia.

    Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta' Bergamo, Como, Lecco, Sondrio.

    Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta' Ascoli Piceno.

    Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta' Novara, Verbania.

    Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta' Grossetto, Livorno, Lucca, Prato, Siena.

    Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta' Bolzano, Trento.

    Ir-Reġjun tal-Veneto: Il-Provinċji ta' Belluno, Padova.”

    (2)

    Fl-Anness II, il-Kapitolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 2

    Ir-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-bruċellosi

    Fl-Italja:

    Ir-Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

    Ir-Reġjun ta' l-Emilia-Romagna: il-Provinċji ta' Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.

    Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

    Ir-Reġjun tal-Lazio: il-Provinċja ta' Rieti.

    Ir-Reġjun tal-Liguria: il-Provinċji ta' Imperia, Savona.

    Ir-Reġjun tal-Lombardia: il-Provinċji ta' Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

    Ir-Reġjun tal-Marche: il-Provinċja ta' Ascoli Piceno.

    Ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta' Alessandria, Asti, Biella, Novara.

    Ir-Reġjun ta' Sardinia: il-Provinċji ta' Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

    Ir-Reġjun tat-Toscana: il-Provinċji ta'

    Ir-Reġjun Trentino-Alto Aldige: il-Provinċji ta' Bolzano, Trento.

    Ir-Reġjun ta' l-Umbria: il-Provinċji ta' Perugia, Terni.

    Ir-Reġjun tal-Veneto

    Fil-Portugal:

    Ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores: il-gżejjer ta' Pico, Graciosa, Flores, Corvo.

    Fir-Renju Unit:

    Il-Gran Bretanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales.”

    (3)

    Fl-Anness III, il-Kapitolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 2

    Reġjuni ta' Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

    Fl-Italja:

    Ir-Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

    Ir-Reġjun ta' l-Emilia-Romagna: Provinċji ta' Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.

    Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

    Ir-Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta' Frosinone, Rieti.

    Ir-Reġjun tal-Liguria: Provinċja ta' Imperia, Savona.

    Ir-Reġjun tal-Lombardia: Provinċji ta' Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

    Ir-Reġjun tal-Marche: Provinċji ta' Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro.

    Ir-Reġjun tal-Molise:

    Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta' Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

    Ir-Reġjun ta' Sardinia: Province of Oristano.

    Ir-Reġjun tat-Toscana: il-Provinċji ta' Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena

    Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: il-Provinċji ta' Bolzano, Trento.

    Ir-Reġjun ta' l-Umbria: il-Provinċji ta' Perugia, Terni.

    Ir-Reġjun tal-Val d'Aosta: il-Provinċja ta'Aosta.

    Ir-Reġjun tal-Veneto

    Fil-Polonja:

    Ir-Reġjun ta' Śląskie.”


    Top