Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0122

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (notifikat bid-dokument numru C(2007) 481) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 52, 21.2.2007, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 269–270 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/122(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    269


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Frar 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

    (notifikat bid-dokument numru C(2007) 481)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/122/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħet l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi approvati għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni tal-bovini lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss minn fejn dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbet li għandha ssir emenda fil-lista f'dak li għandu x'jaqsam ma' referenzi għal dan il-pajjiż, b'mod speċjali l-emenda ta' l-indirizz ta' wieħed miċ-ċentri.

    (3)

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdiet garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni involuti ġew approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dan il-pajjiż.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta' Frar 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

    (2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej ir-ringiela ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 99MI105 E4 tinbidel b'dan li ġej:

    “US

    99MI105 E4

    Northstar Select Sires

    2471 4th ST

    Shelbyville, MI 49344

    Dr. Jeffrey Adams”


    Top