Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0095

    2007/95/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Jannar 2007 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001

    ĠU L 42, 14.2.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 74–74 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/95(1)/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    74


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Jannar 2007

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001

    (2007/95/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu b'rabta ma' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001 kien iffirmat u konkluż f'isem il-Komunità Ewropea fl-24 ta' Settembru 2001 permezz tad-Deċiżjoni 2001/877/KE (1),

    (2)

    Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52(1) u (2) tiegħu, il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ser jiskadi fit-30 ta' Settembru 2007 sakemm ma jkunx estiż b'deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għal perijodu wieħed jew diversi perijodi suċċessivi li ma jaqbżux is-sitt snin b'kollox,

    (3)

    L-estensjoni ta' dan il-Ftehim hija fl-interess tal-Komunità Ewropea,

    (4)

    Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għandha tkun stabbilita,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè ser tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta' l-2001 għal perijodu jew perijodi li ma jaqbżux is-sitt snin.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F.-W. STEINMEIER


    (1)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 22.


    Top