Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0083

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fir-Renju Unit (notifikat bid-dokument numru C(2007) 404) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 33, 7.2.2007, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 197–199 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/83(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    197


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-5 ta' Frar 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fir-Renju Unit

    (notifikat bid-dokument numru C(2007) 404)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/83/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien sabiex tipprevjeni l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur fil-partijiet ħielsa mill-marda tal-Komunità permezz taċ-ċaqliq ta' għasafar kif ukoll ta' prodotti tagħhom.

    (2)

    Ir-Renju Unit innotifika tifqigħa ta' influwenza tat-tjur H5N1 ta' patoġeniċità għolja fit-tjur ta' l-irziezet fit-territorju tiegħu u ħa l-miżuri xierqa fil-qafas tad-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif ta' Zoni A u B kif previsti fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit huma biżżejjed 'il bogħod mill-post attwali tat-tifqigħa. Iż-żoni A u B fir-Renju Unit għalhekk jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

    (4)

    Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/415/KE tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitati Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta' Frar 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/41/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/79/KE (ĠU L 26, 2.2.2007, p. 5).


    ANNESS

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-test li ġej jinżied mal-Parti A:

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    L-Istat Membru

    Żona A

     

    Data sa liem l-Artikolu 4(4) (b)(iii) huwa applikabbli

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    UK

    IR-RENJU UNIT

     

     

    12.3.2007

    Żona ta' ħarsien

    00154

    Parti mill-kontea ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan ċirku b'raġġ ta' 3 kilometri, iċċentrata fuq koordinati ta' referenza TM4009079918 (*).

    Żona ta' sorveljanza

    00154

    Parti mill-kontea ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan ċirku b'raġġ ta' 10 kilometri, iċċentrata fuq koordinati ta' referenza TM4009079918 (*)

    2.

    It-test li ġej jinżied mal-Parti B:

    ISO Kodiċi tal-Pajjiż

    L-Istat Membru

    Żona B

     

    Data sa liem l-Artikolu 4(4) (b)(iii) huwa applikabbli

    Kodiċi

    (if available)

    Name

    UK

    IR-RENJU UNIT

     

     

    12.3.2007

     

    00154

    00162

    Partijiet mill-konteja ta' Norfolk u dik ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan il-konfini li ġejjin:

     

    Mir-referenza tal-mappa TM357400 (**), segwi t-triq minuri lejn il-Punent għal itersezzjoni tat-triq f'forma ta' T fir-referenza tal-mappa TM346400 (**). Ikser fuq il-lemin għal fuq B1083 u kompli għaddej fid-direzzjoni tat-Tramuntana fil-B1083 sar-roundabout fir-referenza tal-mappa TM292500 (**). Ikser fuq ix-xellug għal fuq A1152 u kompli għaddej fid-direzzjoni tal-Punent u imbagħad lejn in-Nofsinhar sar-roundabout fir-referenza tal-mappa TM259493 (**).

     

    Ikser fuq il-lemin għal fuq B1079 u kompli għaddej fid-direzzjoni tal-Punent u imbagħad lejn il-Majjistral sal konnessjoni tar-refernza tal-mappa TM214538 (**). Ikser fuq ix-xellug għal fuq B1078 u ibqa' sejjer lejn il-Punent sal-konnessjoni ma' l-A140(t) fir-refernza tal-mappa TM111548 (**). Ikser fuq il-lemin u ibqa' sejjer lejn it-Tramuntana fuq l-A140(T) sal-konnessjoni ma' l-A47(T) f'TG219038 (**).

     

    Ikser fuq il-lemin u ibqa' sejjer lejn il-Grigal u mbagħad lejn il-Lvant fuq l-A47(T) sar-roundabout fir-refernza tal-mappa TG518084 (**).

     

    Ikser għal fuq l-A149 u ibqa' sejjer fid-direzzjoni ta' Lbiċ sal-konnessjoni TG521080 (**). Segwi l-B1141 fid-direzzjoni tax-Xlokk sa konnessjoni ma' riq minuri fir-referenza tal-mappa TG525078 (**).

     

    Ikser fuq ix-xellug fit-triq minuri u ibqa' għaddej fid-direzzjoni tal-Lvant għal interkonnessjoni fil-forma ta' T ma' triq minuri oħra fil-kosta fir-referenza tal-mappa TG531079 (**) (il-konfini jestendi direttament mil-Lvant għall-kosta f'TG532078 (**) u jsegwi l-kosta fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sar-referenza tal-mappa TM357400 (**)).


    (*)  Il-koordinati ta' referenza hija referenza tal-Koordinati Nazzjonali taRenju Unit.

    (**)  Il-koordinati ta' referenza hija referenza tal-Koordinati Nazzjonali taRenju Unit.


    Top