This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0082
2007/82/EC: Commission Decision of 2 February 2007 on emergency measures suspending imports from the Republic of Guinea of fishery products intended for human consumption (notified under document number C(2007) 278) (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Frar 2007 dwar il-miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Guinea tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikat bid-dokument numru C(2007) 278) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Frar 2007 dwar il-miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Guinea tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikat bid-dokument numru C(2007) 278) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 28, 3.2.2007, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 97–98
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/01/2022; Imħassar b' 32022R0034
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
97 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Frar 2007
dwar il-miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Guinea tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 278)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/82/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Spezzjoni riċenti mis-servizzi tal-Kummissjoni fir-Repubblika tal-Guinea kixfet nuqqasijiet serji ta' iġjene matul il-katina ta' produzzjoni tal-prodotti tas-sajd. Dawn in-nuqqasijiet jinkludu katina tal-ksieħ mhux adegwata, użu ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb u kundizzjonijiet sanitarji fqar tal-bastimenti u l-istabbilimenti. Dawn in-nuqqasijiet probabbli jwasslu għall-preżenza ta' kontaminazzjoni dannuża fil-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u għalhekk tippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-konsumatur. |
(2) |
Iż-żjara ta' spezzjoni kixfet ukoll nuqqas ta' kontrolli sanitarji xierqa mill-awtoritajiet kompetenti fir-Repubblika tal-Guinea, li taggrava s-sitwazzjoni. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu sospiżi b'effett immedjat l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd mir-Repubblika tal-Guinea, kif definiti fir-Regolament 853/2004 (2). B'kunsiderazzjoni għall-gravità tan-nuqqasijiet identifikati matul l-ispezzjoni, is-sospensjoni għandha tapplika wkoll għall-prodotti tas-sajd li ntbagħtu lill-Komunità qabel ma din id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ, iżda li għadhom ma ġewx introdotti fil-Komunità. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mir-Repubblika tal-Guinea u fuq il-bażi ta' riżultat pożittiv li joħroġ minn spezzjoni ġdida mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ambitu
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha ta' l-industrija tas-sajd li joriġinaw mir-Repubblika tal-Guinea u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 2
Projbizzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni fit-territorju tagħhom tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Din il-projbizzjoni għandha tapplika għall-kunsinni ta' prodotti li jaslu fil-postijiet ta' spezzjoni mal-fruntiera kemm jekk il-kunsinni kienu prodotti, maħżuna jew iċċertifikati fil-pajjiż ta' oriġini u kemm jekk le, qabel ma din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.
Artikolu 3
Ħlas tan-nefqa
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur jew mill-aġent tiegħu.
Artikolu 4
Konformità
L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li jieħdu biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 2 ta' Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006, (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, korreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).