This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0076
Commission Decision of 22 December 2006 implementing Regulation (EC) No 2006/2004 of the European Parliament and of the Council on cooperation between national authorities responsible for the enforcement of consumer protection laws as regards mutual assistance (notified under document number C(2006) 6903) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward ta' l-assistenza reċiproka (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6903) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward ta' l-assistenza reċiproka (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6903) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 32, 6.2.2007, pp. 192–197
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 219M, 24.8.2007, pp. 189–194
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
04/03/2011
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
189 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward ta' l-assistenza reċiproka
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6903)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/76/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġi għall-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur (1)) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4), Artikolu 7(3), Artikolu 8(7), Artikolu 9(4), Artikolu 10(3), Artikolu 12(6), Artikolu 13(5), u Artikolu 15(6).
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jistipula l-kondizzjonijiet li huma soġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri nominati bħala responsabbli fl-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għandhom jikkooperaw sabiex jaċċertaw il-konformità ma' dawn il-liġijiet u l-funzjonament mingħajr tfixkil tas-suq intern sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni ta' l-interessi ta' ekonomiċi tal-konsumaturi. |
|
(2) |
Jipprovdi għall-istabbiliment ta' netwerks bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-mekkaniżmi u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u dwar il-pożizzjoni ta' l-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni. |
|
(4) |
Xieraq li jiġu stipulati kondizzjonijiet minimi għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'kull rikjesta ta' assistenza reċiproka sabiex ikun aċċertat li s-sistema topera b'mod effettiv. Ir-regoli għandhom jiġu stipulati dwar il-kontenut tal-formoli standard li bihom isir l-iskambju ta' l-informazzjoni sabiex tiġi aċċertata iktar effiċenza u faċilità fl-ipproċessar ta' din l-informazzjoni. |
|
(5) |
Għandu jkun hemm stabbilit limitu ta' żmien għal kull stadju fil-proċeduri ta' l-assistenza reċiproka sabiex ikun aċċertat li s-sistema topera b'mod effiċenti. |
|
(6) |
Ir-regoli għandhom jiġu stipulati dwar in-notifika ta' l-infrazzjonijiet intra-Komunitarji sabiex ikunu jistgħu jittieħdu azzjoniet effettivi u fil-pront kontrihom fl-Istati Membri kollha kkonċernati. |
|
(7) |
Minħabba li l-informazzjoni pprovduta skond ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tista' ħafna drabi tkun ta' natura sensittiva, meħtieġ li jiġu stipulati regoli xierqa li jagħmlu restrizzjoni fl-aċċess għaliha. |
|
(8) |
Għandhom isiru arranġamenti ġenerali xierqa sabiex ikun aċċertat li ma jittellfux il-komunikazzjonijiet minħabba problemi ta' lingwa filwaqt li jkun hemm flessibbiltà fl-indirizzar ta' każijiet speċifiċi. |
|
(9) |
Iktar miżuri jistgħu jiġu adottati skond l-esperjenza miksuba fl-operat tan-netwerks tal-kooperazzjoni fl-infurzar ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistipula regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 fir-rigward ta' l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw din l-assistenza.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin b'żieda ma' dawk stabbiliti fidr-Regolament (KE) 2006/2004:
|
(1) |
“bażi tad-data” tfisser il-bażi tad-data prevista fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004; |
|
(2) |
“twissija” tfisser notifika dwar infrazzzjoni intra-Komunitarja skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004; |
|
(3) |
“trattament kunfidenzjali” tfisser trattament ta' informazzjoni skond il-kondizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u kummerċjali kif inhu previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004; |
|
(4) |
“bażi legali”: tfisser id-dispożizzjoni tal-liġi li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi li huma, jew li huma ssuspettati li huma, is-suġġett ta' infrazzjoni intra-Komunitarja, inkluża indikazzjoni preċiża tad-dispożizzjoni rilevanti tal-liġijiet ta' l-Istati Membri ta' l-awtorità applikanti. |
Artikolu 3
Kondizzjonijiet dwar informazzjoni
Ir-regoli dwar l-informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti skond ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u dwar il-format ta' din l-informazzjoni huma stipulati fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Skadenza taż-żmien għall-azzjoni
Ir-regoli dwar l-iskadenzi taż-żmien li japplikaw għall-istadji differenti dwar l-assistenza reċiproka skond ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huma stipulati fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Twissijiet
Ir-regoli dwar it-twissijiet huma stipulati fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness.
Artikolu 6
Aċċess għall-informazzjoni li tpartet
L-aċċess għall-informazzjoni li tpartet skond ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jkun ristrett skond ir-regoli stipulati fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Lingwi
Ir-regoli dwar il-lingwi li għandhom jintużaw fir-rikjesti u għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huma stipulati fil-Kapitolu 5 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Id-data ta' l-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta' Diċembru 2006.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
ANNESS
Regoli li jikkonċernaw l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti skond il-Kapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004
1. KAPITOLU 1 – KONDIZZJONIJIET DWAR INFORMAZZJONI
1.1. Oqsma fl-informazzjoni li għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-formoli standard tal-bażi tad-data
L-oqsma li għandhom ikunu disponibbli fil-formoli standard differenti tal-bażi tad-data jistgħu jiġu definiti kif ġej:
(a)
|
(i) |
l-awtorità kompetenti, |
|
(ii) |
uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni, |
|
(iii) |
uffiċjal kompetenti, |
(b)
|
(i) |
isem, |
|
(ii) |
ismijiet kummerċjali oħrajn, |
|
(iii) |
isem tal-kumpanija oriġinali, jekk eżistenti, |
|
(iv) |
tip ta' kummerċ, |
|
(v) |
indirizz(i), |
|
(vi) |
E-mail, |
|
(vii) |
numru tat-telefon, |
|
(viii) |
fax, |
|
(ix) |
portal, |
|
(x) |
indirizz IP, |
|
(xi) |
isem(ismijiet) tad-direttur(i) tal-kumpanija, jekk eżistenti. |
(ċ)
|
(i) |
tip ta' infrazzjoni intra-Komunitarja, |
|
(ii) |
stat ta' infrazzjoni intra-Komunitarja (ivverfikata, suspett raġonevoli), |
|
(iii) |
bażi legali, |
|
(iv) |
taqsira fil-qosor, |
|
(v) |
numru stmat ta' konsumaturi li huwa probabbli li ġew ipperikolati u danni finanzjarji stmati, |
|
(vi) |
kull kondizzjoni għat-trattament kunfidenzjali. |
|
(vii) |
dokumenti mehmuża (partikolarment dawk li jirrigwardaw l-istqarrijiet u evidenza oħra.) |
(d)
|
(i) |
post tal-konsumaturi li jistgħu jiġu pperikolati, |
|
(ii) |
isem tal-prodott jew tas-servizz, |
|
(iii) |
kodiċi COICOP, [Classification of Individual Consumption According to Purpose (United Nations statistical methodology, http://unstats.un.org/unsd/cr/registry/regcst.asp?Cl=5)]] |
|
(iv) |
bażi legali, |
|
(v) |
mezz ta' reklamar jew ta' bejgħ involut, |
|
(vi) |
tip ta' infrazzjoni intra-Komunitarja, |
|
(vii) |
stat ta' infrazzjoni intra-Komunitarja (ivverfikata, suspett raġonevoli), |
|
(vii) |
numru stmat ta' konsumaturi li huwa probabbli li jiġu pperikolati u danni finanzjarji stmati, |
|
(ix) |
qafas ta' żmien propost għar-rispons, |
|
(x) |
dokumenti mehmuża (partikolarment dawk li jirrigwardaw l-istqarrijiet, u evidenzi oħrajn) u kull kondizzjoni għal trattament kunfidenzjali, |
|
(xi) |
indikazzjoni għall-assistenza rikjesta, |
|
(xii) |
referenza għat-twissija (jekk hija applikabbli), |
|
(xiii) |
lista ta' awtoritajiet rikjesti u Stati Membri kkonċernati, |
|
(xiv) |
rikjesta għal uffiċjal kompetenti biex jipparteċipa fl-investigazzjoni (l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004). |
1.2. L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fir-rikjesti għall-assistenza reċiproka u t-twissijiet (l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004)
|
1.2.1. |
Meta tinħareġ rikjesta għall-assistenza reċiproka dwar twissija, l-awtorità kompetenti għandha twassal kull informazzjoni li jkollha li tista tkun ta' użu għall-awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex tiġi indirizzata r-rikjesta b'mod effiċenti u jkun aċċertat segwiment xieraq tat-twissija u jiġi indikat dwar jekk l-informazzjoni pprovduta għandhiex tingħata trattament kunfidenzjali. |
|
1.2.2. |
Meta tintalab l-informazzjoni skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtorità applikanti għandha ta' l-anqas:
|
|
1.2.3. |
Meta tinħareġ rikjesta għall-infuzar tal-miżuri skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi lill-awtorità mitluba ta' l-anqas b'dan li ġej:
|
1.3. Rispons għar-rikjesta ta' assistenza reċiproka
|
1.3.1. |
Meta tirrispondi għal rikjesta dwar informazzjoni skond l-artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, awtorità li tiġi mitluba għal dan għandha twassal kull informazjoni speċifikata mill-awtorita applikanti li hija meħtieġa biex tistabbilixxi jekk l-infrazzjoni intra-Komunitarja tkunx saret jew jekk ikun hemm suspett raġonevoli li din tista' ssir. |
|
1.3.2. |
Meta ssir risposta għal rikjsta għall-miżuri ta' l-infurzar skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti dwar l-azzjonijiet li ttieħdu jew ġew ippjanati u l-poteri eżerċitati fl-indirizzar tar-rikjesta. |
|
1.3.3. |
F'kull każ, l-awtorità rikjesta għandha tindika jekk kull xorta ta' informazzjoni li tressqet għandhiex tingħata trattament kunfidenzjali. |
|
1.3.4. |
Jekk awtorità kompetenti tirrifjuta li tikkonforma ma' rikjesta kif inhu previst fl-Artikolu 15(2), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, din għandha tinkludi fir-rispons tagħha stqarrija tal-kriterji dwar ir-revoka. |
1.4. Poteri addizzjonali mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti skond il-liġi nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, permezz ta' forum ta' diskussjoni li għandu jkun disponibbli fil-bażi tad-data, dwar kull investigazzjoni u poteri ta' infurzar addizzjonali mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma' dawk li huma stipulati fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004.
1.5. Ħatra tal-korpi li għandhom interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni ta' l-infrazzjonijiet intra-Komunitarji skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004
|
1.5.1. |
Fejn, skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn dwar l-identità ta' korp nominat skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament li għandu interess leġittimu fil-waqfien jew fil-projbizzjoni ta' l-infrazzjonijiet intra-Komunitarji, din għandha tispeċifika l-poteri investigattivi u infurzanti mogħtija lil dan il-korp. |
|
1.5.2. |
L-awtorità rikjesta li hija intenzjonata, skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, li tagħti struzzjonijiet lil korp li għandu interess leġittimu li jwaqqaf jew jipprojbixxi l-infrazzjonijiet intra-Komunitarji, għandha tipprovdi lill-awtorità applikanti b'informazzjoni suffiċenti dwar dan il-korp sabiex tagħti s-setgħa lill-awtorità applikanti li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(4) jiġu rispettati. Din għandha wkoll tikseb il-kunsens minn qabel ta' l-awtorità applikanti fir-rigward ta' l-istruzzjoni ta' dak il-korp, u tispeċifika n-natura u d-dettalji ta' l-infomazzjoni kkomunikata mill-awtorità applikanti li l-awtorità rikjesta tista' tagħti lil dak il-korp. |
2. KAPITOLU 2 – SKADENZA TA' ŻMIEN
2.1. Rikjesti għall-assistenza reċiproka u tweġibiet
|
2.1.1. |
L-awtoritajiet rikjesti għandhom jirrispondu lir-rikjesti ta' assistenza reċiproka mill-awtoritajiet applikanti bl-aħjar mod possibbli skond l-abbiltà tagħhom, billi jagħmlu użu tal-poteri infurzanti u mingħajr dewmien. |
|
2.1.2. |
L-iskadenza taż-żmien għall-indirizzar tar-rikjesti għall-assistenza reċiproka skond l-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandhom isiru bi qbil bejn l-awtorita applikanti u l-awtorità rikjesta fuq bażi ta' skond kif inhu l-każ permezz tal-formoli standard tal-bażi tad-data. |
|
2.1.3. |
Jekk ebda ftehim ma jista' jintlaħaq, l-awtrorità rikjesta għandha toħroġ tweġiba fejn tagħti kull informazzjoni rilevanti li jkollha u tindika l-azzjonijiet ta' investigazzjoni u ta' infurzar li ttieħdu jew li huma ppjanati (inklużi skadenzi taż-żmien) sa mhux iktar tard minn erbatax-il ġurnata mid-data ta' wassla ta' rikjesta permezz ta' l-uffiċċju uniku ta' kooprazzjoni tagħha. L-awtorità rikjesta għandha taġġorna lill-awtorita applikanti dwar dawn l-azzjonijiet ta' l-anqas fuq bażi ta' kull xahar sakemm:
|
|
2.1.4. |
L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għall-awtorità rikjesta għandha tressaq kull rikjesta li tirċievi permezz ta' l-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għall-awtorità applikanti lill-awtorità kompetenti xierqa meta dan ikun teknikament possibbli u għal kull każ sa mhux iktar tard minn jumejn ta' xogħol wara d-data ta' twassil tar-rikjesta. |
|
2.1.5. |
L-awtorita ta' rikjesta għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u tneħħi l-informazzjoni minn fuq il-bażi tad-data meta dan ikun teknikament possibbli u f'kull każ sa mhux iktar tard minn sebat ijiem mill-għeluq tal-każ jekk, ikun hemm rikjesta skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004:
|
2.2. Twissijiet
|
2.2.1. |
Awtorità kompetenti għandha toħroġ bi twissija meta dan ikun teknikament possibbli u f'kull każ mhux iktar tard minn sebat ijiem wara li ssir konxja ta' infrazzjoni intra-Komunitarja, jew li kollha suspett raġonevoli li tali infrazzjoni tkun tista' ssir. |
|
2.2.2. |
L-awtorità kompetenti għandha, meta t-twissijiet jirriżultaw infondati, tirtiraha meta dan ikun teknikament possibbli, u f'kull każ fi żmien sebat ijiem. Il-Kummissjoni għandha tneħħi kull informazzjoni fir-rigward ta' twissijiet li jirriżultaw infondati u li huma maħżuna fil-bażi tad-data meta dan ikun teknikament possibbli u għal kull każ sa mhux iktar tard minn sebat ijiem mil-irtirar tat-twissija mill-awtorità kompetenti. |
3. KAPITOLU 3 – TRAŻMISSJONI TAT-TWISSIJIET
L-awtorità kompetenti li toħroġ bi twissija għandha tittrażmettiha, pemezz tal-formoli standard xierqa tal-bażi tad-data, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn għall-infurzar tal-leġislazzjoni skond kif tkun saret it-twissija. L-awtorità kompetenti notifikanti għandha jkollha r-responsabbiltà ewlenija li tgħarraf liema mill-Istati Membri l-oħrajn jirċievu t-twissija.
4. KAPITOLU 4 – AĊĊESS GĦALL-ISKAMBJU TA' L-INFORMAZZJONI
4.1. L-awtoritajiet kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun fis-setgħa li taċċessja u tikkonsulta biss l-informazzjoni fil-bażi tad-data li tirrigwarda l-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumaturi li għalihom għandha jkollha responsabbiltajiet diretti l-infurzar skond in-nominazzjonijiet trażmessi mill-Istat Membru skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004.
4.2. Uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni
Fit-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom ta’ koordinazzjoni kif definiti b'mod partikolari fl-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 12(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni għandhom ikunu jistgħu jaċċessjaw l-informazzjoni li hija relatata ma' rikjesti ta' assistenza konġunta li ma ngħatatx trattament kunfidenzjali.
5. KAPITOLU 5 – LINGWI LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAR-RIKJESTI TA' L-ASSISTENZA KONĠUNTA U GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI
|
5.1. |
Il-ftehim dwar l-użu tal-lingwi għar-rikjesti u għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni li sar bejn l-awtoritajiet kompetenti skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiġi rreġistrat f'tabella li għandha tkun disponibbli għall-awtroitajiet kompetenti permezz tal-bażi tad-data. |
|
5.2. |
Dak il-ftehim għandu jinkludi klawżola li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tipproponi l-użu għal każ speċifiku ta' lingwa oħra bil-ħsieb tal-kompetenzi lingwistiċi ta' l-uffiċjal kompetenti kkonċernat. |
|
5.3. |
Il-formoli standard tal-bażi tad-data jinkludu tip ta' data li tippemetti lill-awtorità kompetenti li tipproponi lil awtorità oħra l-użu ta' lingwa oħra.
Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim, it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandha tapplika. |