EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2038
Regulation (EC) No 1891/2006 of the European Parliament and of the Council of 18 December 2006 on multiannual funding for the action of the European Maritime Safety Agency in the field of response to pollution caused by ships and amending Regulation (EC) No 1406/2002 (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
30.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1891/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Regjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ċerti ftehim bilaterali u reġjonali konklużi bejn stati tal-kosta, bħal ma huma l-Konvenzjoni ta' Helsinki u dik ta' Barċellona ta' l-1992 u l-1976 rispettivament, jipprovdu għal assistenza reċiproka fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (3) jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) bl-iskop li jkun assigurat livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima u jkun hemm prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004, li emenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, ta lill-Aġenzija kompiti ġodda fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tniġġis u tar-rispons għal tniġġis ikkawżat minn bastimenti, b'rispons għall-aċċidenti reċenti f'ilmijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk tat-tankers taż-żejt “Erika” u “Prestige”. |
(4) |
Għall-finijiet li jiġu implimentati dawn il-kompiti ġodda ta' prevenzjoni tat-tniġġis u rispons għat-tniġġis, il-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija adotta fit-22 ta' Ottubru 2004 Pjan ta' Azzjoni għal Preparazzjoni u Rispons għat-Tniġġis miż-Żejt, li jiddetermina l-attivitajiet ta' l-Aġenzija bħala rispons għat-tniġġis miż-żejt u huwa maħsub għall-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Aġenzija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Pjan ta' Azzjoni”). |
(5) |
L-azzjoni ta' rispons kontra t-tniġġis ta' l-Aġenzija, kif iddefinita fil-Pjan ta' Azzjoni, hi marbuta ma' l-attivitajiet fl-oqsma ta' l-informazzjoni, tal-koperazzjoni u tal-koordinazzjoni u fuq kollox ma' l-għoti ta' assistenza operazzjonali lill-Istati Membri billi jingħataw, fuq talba, bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis biex jiġġieldu kontra t-tniggis taż-żejt u tipi oħra ta' tniġġis, bħal dak ikkawżat minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni partikulari lil dawk iz-zoni identifikati bħala l-aktar vulnerabbli mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żona oħra fil-bżonn. |
(6) |
L-attivitajiet ta' l-Aġenzija f'dan il-qasam m'għandhomx jeżoneraw lill-Istati tal-kosta mir-responsabbiltà tagħhom li jkollhom għal-lest mekkaniżmi xierqa għal rispons għat-tniġġis u għandhom jirrispettaw arranġamenti eżistenti ta' koperazzjoni bejn Stati Membri jew bejn gruppi ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istat(i) Membru/i affettwati, u l-operazzjoni ta' tindif għandha titmexxa taħt l-awtorià ta' dan/dawn l-Istat(i) Membru/i. |
(7) |
Skond il-Pjan ta' Azzjoni, l-Aġenzija għandha jkollha rwol attiv fl-iżvilupp ta' servizz ċentralizzat ta' immaġni bis-satellita għas-sorveljanza, is-sejbien bikri ta' tniġġis u l-identifikazzjoni tal-bastimenti responsabbli. Din is-sistema ġdida ttejjeb id-disponibiltà tad-data u l-effettività tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti. |
(8) |
Il-mezzi addizzjonali li għandhom jiġu provduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri għandhom ikunu disponibbli permezz tal-mekkaniżmu Komunitarju fil-qasam ta' l-interventi ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili, inkluż it-tniġġis tal-baħar aċċidentali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom (4). |
(9) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-Pjan ta' Azzjoni u jissaħħu l-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti billi jiżdiedu l-attivitajiet attwali ta' kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tkun provduta b'sistema vijabbli u effettiva f'sens ta' nfiq biex tiffinanzja, b'mod partikolari, l-assistenza għall-operazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri. |
(10) |
Huwa għaldaqstant meħtieġ li tkun provduta sigurtà finanzjarja xierqa għall-iffinanzjar tal-kompiti mogħtija lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis u azzjonijiet oħrajn marbuta ma' dan fuq il-bażi ta' impenn pluriennali. L-ammonti annwali tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu determinati skond il-proċeduri applikabbli. |
(11) |
L-ammonti li għandhom jiġu impenjati biex jinħarġu fondi għar-rispons kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-2007 sal-2013 skond il-qafas finanzjarju l-ġdid. |
(12) |
Għandu għaldaqstant jiġi provdut pakkett finanzjarju ta' referenza li jkopri l-istess perjodu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni. |
(13) |
Jeħtieġ li l-ammont ta' dak il-pakkett jitqies bħala l-minimu meħtieġ sabiex jitwettqu l-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti. |
(14) |
Sabiex ikun hemm l-aħjar allokazzjoni ta' l-impenji u jitqiesu kwalunkwe tibidliet li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet bħala rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti, jeħtieġ li jkun żgurat monitoraġġ kontinwu tal-bżonnijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament ta' l-impenji finanzjarji annwali. |
(15) |
Il-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija għandu għaldaqstant jirrivedi l-impenji baġitarji, fuq il-bażi ta' rapport li għandu jsir mid-Direttur Eżekuttiv, biex jinkludi l-aġġustamenti meħtieġa fil-baġit ta' l-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilha fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u azzjonijiet oħrajn marbuta ma' dan, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“l-Aġenzija” tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002. |
(b) |
“ftehim reġjonali” tfisser kull ftehim bilaterali u reġjonali konkluż bejn l-Istati tal-kosta sabiex jagħtu assistenza lil xulxin fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu. |
(ċ) |
“żejt” tfisser petroljum fi kwalunkwe forma inkluż żejt mhux raffinat, żejt kombustibbli, ħama, skart ta' żejt u prodotti raffinati kif stabbilit mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990. |
(d) |
“sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara” tfisser kwalunkwe sustanza apparti ż-żejt li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-rizorsi ħajjin u lill-ħajja fil-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000. |
Artikolu 3
Kamp ta' Applikazzjoni
Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun allokat lill-Aġenzija bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-Pjan ta' Azzjoni u, b'mod partikolari, dawk li għandhom x'jaqsmu ma':
(a) |
informazzjoni u l-ġbir flimkien, l-analiżi u t-tixrid ta' l-aħjar prattiċi, tekniki u innovazzjonijiet, bħal ma huma strumenti li jimmonitorjaw it-tbattil ta' tankijiet, fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti, |
(b) |
kooperazzjoni u koordinazzjoni u l-għoti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ta' assistenza teknika u xjentifika fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-ftehim reġjonali relevanti, |
(ċ) |
assistenza għal operazzjonijiet u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal bastimenti u tagħmir kontra t-tniġġis lesti għall-azzjoni, għall-azzjonijiet ta' rispons għat-tniġġis ta' l-Istati Membri fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew maħsub ikkaġunat minn bastimenti. |
Artikolu 4
Finanzjament Komunitarju
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 154 000 000.
Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu determinati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. F'dan ir-rigward, l-iffinanzjar meħtieġ ta' l-assistenza operazzjonali lill-Istati Membri skond l-Artikolu 3(ċ) għandu jiġi garantit.
Artikolu 5
Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti
Sabiex jiġu definiti r-rekwiżiti għal assistenza operazzjonali, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, li għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tfassal fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi tal-privat u ta' l-Istat ta' rispons għat-tniġġis u ta' kapaċità ta' rispons disponibbli fir-reġjuni varji ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità
1. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jassiguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali, permezz ta' kontrolli effettivi u bl-irkupru ta' kwalunkwe ammonti mħallsin mhux kif dovut u, fejn jinstabu xi irregolaritajiet, b'penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (5) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
2. Għall-azzjonijiet tal-Komunità ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser il-ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew nuqqas minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew baġits amministrati minnha, minħabba nefqa mhux iġġustifikata.
3. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, kull waħda minnhom fl-isfera tal-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur meta mqabbel ma' l-ammont minfuq fl-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità skond dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1406/2002
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10(2):
|
(b) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 15(2):
|
Artikolu 8
Evalwazzjoni f'nofs iż-żmien
Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux iktar tard minn 31 ta' Diċembru 2010. Ir-rapport, li għandu jiġi stabbilit bla ħsara għall-irwol tal-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija, għandu jagħti r-riżultati ta' l-użu tal-kontribut Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 dwar is-somom impenjati u n-nefqa li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2009.
Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummisjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis mill-bastimenti, inkluż dak ikkaġunat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-18 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
J.-E. ENESTAM
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006
(3) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).
(4) ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.)
(6) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 dwar il-verifiki fuq il-post u spezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħrajn (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(7) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.)