This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2014
Council Regulation (EC) No 2014/2006 of 19 December 2006 amending Regulation (EC) No 2505/96 opening and providing for the administration of autonomous Community tariff quotas for certain agricultural and industrial products
2014/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2014/2006 tad- 19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
2014/2006/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2014/2006 tad- 19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 384, 29.12.2006, pp. 20–27
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 352M, 31.12.2008, pp. 952–959
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
952 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2014/2006
tad-19 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 1996, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1). Peress li d-domanda Komunitarja għall-prodotti in kwistjoni trid tiġi sodisfatta taħt il-kondizzjonijiet l-aktar favorevoli, ċerti kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu estiżi jew aġġustati, u xi kwoti tariffarji Komunitarji ġodda għandhom jinfetħu b'rati ta' dazju mnaqqsa jew b'rati ta' żero għal volumi xierqa, mingħajr ma jkunu disturbati s-swieq għal dawn il-prodotti. |
|
(2) |
Peress li l-ammont tal-kwota għal kwota tariffarja Komunitarja waħda mhux suffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' l-industrija Komunitarja għall-perijodu tal-kwota attwali, dan għandu jiżdied b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. |
|
(3) |
M'għadux fl-interess tal-Komunità li jitkomplew jingħataw l-kwoti tariffarji Komunitarji fl-2007 għal ċerti prodotti li d-dażji fuqhom ġew sospiżi fl-2006. Dawn l-prodotti għandhom għalhekk jitneħħew mit-tabella fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96. |
|
(4) |
Minħabba l-ħafna bidliet li jridu jsiru, iċ-ċarezza titlob li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 jinbidel fl-intier tiegħu. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(6) |
Minħabba l-importanza ekonomika ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li jintużaw ir-raġunijiet dwar l-urġenza previsti fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
|
(7) |
Peress li dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007, hu għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għall-perijodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96, l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2981 għandu jiġi ffissat għal 260 000 unità.
Artikolu 3
Għall-perijodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96:
|
— |
l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2002 għandu jkun iffissat għal 1 000 tunnellata, |
|
— |
l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2030 għandu jkun iffissat għal 1 000 tunnellata, |
|
— |
l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2612 għandu jkun iffissat għal 1 900 tunnellata, |
|
— |
l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2620 għandu jkun iffissat għal 1 000 000 unità, |
|
— |
l-ammont tal-kwota tariffarja għan-numru ta' l-ordni 09.2727 għandu jkun iffissat għal 15 000 tunnellata. |
Artikolu 4
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96, il-kwoti tariffarji għan-numri ta' l-ordni 09.2920, 09.2970, 09.2972 u 09.2977, għandhom jiddaħħlu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 5
Il-kwoti tariffarji għan-numri ta' l-ordni 09.2026, 09.2853, 09.2976 u 09.2981 għandhon jingħalqu b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara li jkun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 962/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
|
Nru ta' l-Ordni |
Kodiċi NM |
Suddiviżjoni Taric |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-kwota |
Dazju tal-kwota (%) |
Perijodu tal-kwota |
||||||
|
09.2002 |
ex 2928 00 90 |
30 |
Fenilidrażina |
1 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, f'kontenitur b'dimensjonijiet esterni ta' mhux aktar minn 30 × 30 mm |
1 400 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2030 |
ex 2926 90 95 |
74 |
Klorotalonil |
1 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2140 |
ex 3824 90 98 |
98 |
Taħlita ta' ammini terzjarji li bil-piż fiha:
|
4 500 tunnellata |
0 % |
1.1. – 31,12. |
||||||
|
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-Fenilendiammina |
1 800 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2603 |
ex 2931 00 95 |
15 |
Bis(3-trietossisililpropil)tetrasulfid |
4 500 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2604 |
ex 3905 30 00 |
10 |
Poli(alkoħol viniliku) parzjalment aċetalizzat b'melħ tas-sodju ta' 5-(4-ażido-2-sulfobenżiliden)-3-(formilpropil)-rodanina |
100 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2610 |
ex 2925 29 00 |
20 |
Klorur ta' (klorometilen)dimetilammonju |
100 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2611 |
ex 2826 19 90 |
10 |
Fluworur tal-kalċju b'kontenut totali ta' aluminju, manjesju u sodju ta' 0,25 mg/kg jew anqas, taħt forma ta' trab |
55 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2612 |
ex 2921 59 90 |
30 |
3,3'-diklorobenżidina diidroklorur |
1 900 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2615 |
ex 2934 99 90 |
70 |
Aċidu ribonukleiku |
110 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2616 |
ex 3910 00 00 |
30 |
Polidimetilsilossan bi grad ta' polimerizzazzjoni ta' 2 800 unità monomerika (± 100) |
1 300 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2618 |
ex 2918 19 85 |
40 |
Aċidu (R)-2-kloromandeliku |
100 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2619 |
ex 2934 99 90 |
71 |
2-Tienilaċetonitril |
80 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Assemblaġġ għal sistema GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni |
1 000 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeid) |
425 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2625 |
ex 3920 20 21 |
20 |
Film ta' polimeri ta' polipropilen, orjentat fuq żewġ assi, bi ħxuna ta' 3,5 μm jew aktar iżda anqas minn 15 μm, wisa' ta' 490 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 620 mm, għall-produzzjoni ta' kondensaturi folji (1) |
170 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2627 |
ex 7011 20 00 |
55 |
Skrin tal-ħġieġ b'kejl dijagonali estern ta' 814,8 mm (±1,5 mm) u bi trasmissjoni tad-dawl ta' 51,1 % (±2,2 %) bi ħxuna tal-ħġieg ta' 12,5 mm |
500 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksijin bil-plastik, b'piż ta' 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip użat f'purtieri li jirrumblaw b'xambrelli fissi kontra l-insetti |
350 000 m2 |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2629 |
ex 7616 99 90 |
85 |
Manku teleskopiku ta' l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji ta' l-ivvjaġġar (1) |
240 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklużivament għall-użu f'ligi (1) |
13 000 tunnellata |
0 % |
1.1-31.12. |
||||||
|
09.2713 |
ex 2008 60 19 |
10 |
Ċirasa ħelwa, ippreservata fl-alkoħol, b'dijametru ta' mhux aktar minn 19,9 mm, mingħajr għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata:
|
2 000 tunnellata |
10 % (3) |
1.1-31.12. |
||||||
|
ex 2008 60 39 |
10 |
|||||||||||
|
09.2719 |
ex 2008 60 19 |
20 |
Ċirasa qarsa (Prunus cerasus), ippreservata fl-alkoħol, b'dijametru ta' mhux aktar minn 19,9 mm, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata:
|
2 000 tunnellata |
10 % (3) |
1.1.-31.12. |
||||||
|
ex 2008 60 39 |
20 |
|||||||||||
|
09.2727 |
ex 3902 90 90 |
93 |
Poli-alfa-olefin sintetiku b'viskożità ta' mill-inqas 38 × 10-6m2 s-1 (38 centistoke) f'temperatura ta' 100 °C imkejla bil-metodu ta' l-ASTM D 445 |
15 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li bil-piż fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % karbonju u mhux aktar minn 70 % kromju |
50 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2809 |
ex 3802 90 00 |
10 |
Montmorillonit attivat bl-aċidu, għall-manifattura ta' karta awto-kopjanti (1) |
10 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2829 |
ex 3824 90 98 |
19 |
Estratt solidu tar-residwu, li ma jinħallx f'solventi alifatiċi, miksub waqt l-estrazzjoni tar-rożin mill-injam, bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
1 600 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2837 |
ex 2903 49 80 |
10 |
Bromoklorometan |
600 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2841 |
ex 2712 90 99 |
10 |
Taħlita ta' 1-alkeni li bil-piż fiha 80 % jew aktar 1-alkeni b'tul ta' katina ta' atomi tal-karbonju ta' 20 u 22 |
10 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ ta' l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija), iffriżat, għall-manifattura ta' ikliet ippreparati (1) (2) |
700 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-Kresol b'purezza bil-piż ta' mhux anqas minn 98,5 % |
20 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2882 |
ex 2908 99 90 |
20 |
2,4-Dikloro-3-etil-6-nitrofenol, taħt forma ta' trab |
90 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Terpentina bis-sulfat |
20 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2904 |
ex 8540 11 19 |
95 |
Tubu katodiku tal-kulur bi skrin ċatt, liema skrin għandu proporzjon wisa'/għoli ta' 4/3, kejl dijagonali ta' 79 cm jew aktar iżda mhux aktar minn 81 cm u raġġ tal-kurvatura ta' 50 m jew aktar |
8 500 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2913 |
ex 2401 10 41 |
10 |
Tabakk naturali mhux maħdum, kemm jekk maqtugħ f'daqs regolari jew le, b'valur doganali ta' mhux anqas minn Euro 450 kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala tikketta (‘binder’) jew tgeżwir għall-manifattura ta' oġġetti tas-subintestatura 2402 10 00 (1) |
6 000 tunnellata |
0 % |
1.1-31.12. |
||||||
|
ex 2401 10 49 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 10 50 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 10 70 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 10 90 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 20 41 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 20 49 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 20 50 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 20 70 |
10 |
|||||||||||
|
ex 2401 20 90 |
10 |
|||||||||||
|
09.2914 |
ex 3824 90 98 |
26 |
Soluzzjoni fl-ilma li bil-piż fiha mhux anqas minn 40 % estratt niexef tal-betain u bejn 5 % u 30 % mlieħ organiċi jew inorganiċi |
38 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2917 |
ex 2930 90 13 |
90 |
Ċistina |
600 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2919 |
ex 8708 29 90 |
10 |
Imniefaħ għall-manifattura ta' xarabankijiet artikulati (1) |
2 600 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2920 |
ex 2906 19 00 |
30 |
Isobornilċikloeksanol |
450 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2933 |
ex 2903 69 90 |
30 |
1,3-Diklorobenżin |
2 600 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2935 |
3806 10 10 |
|
Rożin u aċidi reżiniċi miksubin minn oleoreżini friski |
200 000 tunnellata |
0 % |
1.1. – 31,12. |
||||||
|
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Ksilosju |
400 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2947 |
ex 3904 69 90 |
95 |
Poli(fluworur tal-viniliden), taħt forma ta' trab, għall-preparazzjoni ta' żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1) |
1 300 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2950 |
ex 2905 59 10 |
10 |
2-Kloroetanol, għall-manifattura ta' tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90 (1) |
8 400 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamon (ISO) |
300 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2970 |
ex 8540 11 11 |
95 |
Tubu katodiku tal-kulur b'maskra tas-slottijiet, mgħammar b'kanun ta' l-elettroni u kullar devjatur u bi skrin li għandu proporzjon wisa'/għoli ta' 4/3 u kejl dijagonali ta' 33,5 cm (±1,6 mm) (1) |
250 000 unità |
0 % |
1.1.-30.6. |
||||||
|
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidrid aċetiku |
20 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12.2007 |
||||||
|
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Dianidrid benżofenon-3,3':4,4'-tetrakarbossiliku |
600 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitril |
12 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-30.6. |
||||||
|
09.2979 |
ex 7011 20 00 |
15 |
Skrin tal-ħġieġ b'kejl dijagonali estern ta' 81,5 cm (±0,2 cm) u bi trasmissjoni tad-dawl ta' 80 % (± 3 %) bi ħxuna ta' referenza tal-ħġieg ta' 11,43 mm |
800 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2986 |
ex 3824 90 98 |
76 |
Taħlita ta' ammini terzjarji li fiha:
għall-użu fil-produzzjoni ta' ossidi ta' ammini (1) |
14 315 -il tunnellata |
0 % |
1.1-31.12 |
||||||
|
09.2992 |
ex 3902 30 00 |
93 |
Kopolimeru ta' propilen-butilen, li bil-piż fih mhux anqas minn 60 % iżda mhux aktar minn 68 % propilen u mhux anqas minn 32 % iżda mhux aktar minn 40 % butilen, b'viskożità tat-tidwib ta' mhux aktar minn 3 000 mPa f'temperatura ta' 190° C, kif determinat bil-metodu ta' l-ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-manifattura ta' prodotti tas-subintestatura 4818 40 (1) |
1 000 tunnellata |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
09.2995 |
ex 8536 90 85 |
95 |
Tastieri,
għall-manifattura jew it-tiswija ta' radju-telefoni mobbli tas-subintestatura 8517 12 00 (1) |
20 000 000 unità |
0 % |
1.1.-31.12. |
||||||
|
ex 8538 90 99 |
93 |
(1) Tidħil taħt din is-subintestatura huwa soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 — ĠU L 253, 11.10.1993, p. 71 u l-emendi sussegwenti).
(2) Madankollu, il-kwota tariffarja ma hix permessa meta l-ipproċessar jitwettaq minn intrapriżi tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering.
(3) Id-dazju speċifiku addizzjonali hu applikabbli.”.