Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32006R1994

1994/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2006 tas- 27 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

ĠU L 413, 30.12.2006., 3.–8. lpp. (CS, DA, ET, EN, LT, HU, PL, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 413, 30.12.2006., 3.–9. lpp. (IT)
ĠU L 413, 30.12.2006., 4.–9. lpp. (ES, FR, PT)
ĠU L 413, 30.12.2006., 3.–7. lpp. (LV)
ĠU L 413, 30.12.2006., 4.–10. lpp. (DE, EL, NL)
ĠU L 330M, 9.12.2008., 483.–486. lpp. (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Dokumenta juridiskais statuss Vairs nav spēkā, Datums, līdz kuram ir spēkā: 11/12/2010: Šis tiesību akts ticis izmainīts. Pašreizējā konsolidētā versija: 01/07/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1994/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

483


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1994/2006

tas-27 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2007. Id-dazji u l-kwantitajiet li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi fis-seħħ matul is-sena 2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali tal-2 000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċili u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2007.

(3)

Ċerti kwoti ta' tariffi għal laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ingħataw lill-Istati AKP taħt il-Ftehim ta' Cotonou (3).

(4)

Ċerti kwoti huma ddefiniti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2007 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008.

(5)

Jeħtieġ li tiġi ffissata ekwivalenza għal piż ta' karkassi sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità. Barra minn hekk, billi ċerti kwoti tariffarji jipprovdu għall-għażla ta' importazzjoni jew ta' annimali ħajjin jew tal-laħam tagħhom, jinħtieġ fattur għall-konverżjoni.

(6)

Kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta' deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (4), jitħaddmu f'konformità mal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5).

(7)

Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu r-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta' ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta' dak ir-Regolament ma għandux japplika.

(8)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(9)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, li jiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

(10)

Skont il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (6) u skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (7), l-importazzjonijiet jistgħu jkunu awtorizzati biss għal prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-proċeduri, regoli u verifiki tal-katina tal-ikel fis-seħħ fil-Komunità.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0104 10 30 , 0104 10 80 , 0104 20 90 , 0210 99 21 , 0210 99 29 u 0204 li joriġinaw minn pajjiżi indikati fl-Anness għandhom ikunu sospiżi jew imnaqqsa skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi fl-ekwivalenti ta' piż ta' karkass, għall-importazzjoni tal-laħam, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0204, u ta' annimali ħajjin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0104 10 30 , 0104 10 80 u 0104 20 90 , kif ukoll bħala d-dazji doganali applikabbli għandhom ikunu dawk kif stabbiliti fl-Anness.

2.   Għall-għan tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenza għal piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u l-mogħoż irid jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0,47;

(b)

għal ħaruf bla għadam u laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

(c)

għal laħam bla għadam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bil-għadam: 1,00.

“Gidi” jfisser ferħ ta' mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax. Ma hemmx bżonn ta’ liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Sabiex tibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, prova valida ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat flimkien ma' dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal moviment ħieles tal-oġġetti kkonċernati, jridu jiġu ppreżentanti lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità. L-oriġini tal-prodotti bla ħsara għal-kwoti tat-tariffi minbarra dawk li jirriżultaw minn ftehim għal tariffi preferenzjali, għandhom ikunu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f'dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (ta’ lanqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija ppreżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal moviment ħieles, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.

3.   Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti ta' tariffi stabbiliti fl-Anness għal grupp ta' pajjiżi numru 4 għal prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM ex 204, ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 il-prova ta' oriġini għandu jkollha, fil-kaxxa dwar deskrizzjoni ta' prodotti, waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

“prodott/i tan-nagħaġ mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi”.

(b)

“prodott/i mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi”.

Dawk l-indikazzjonijiet għandhom jikkorrispondu mal-indikazzjonijiet fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun ma' dawk il-prodotti.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2)

(2)   ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 6).

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)   ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.2.2001, p. 3).

(5)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).

(6)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(7)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ

(f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi)

KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦALL-2007

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċi NM

Dazju “Ad valorem” %

Dazju speċifiku EUR/100 Kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-Sena f’tunnellati ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47 )

Ħaruf mingħajr għadam (1)

(Koeffiċjent = 1,67 )

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2)

(Koeffiċjent = 1,81 )

Karkassa u laħam bil-għadma

(Koeffiċjent = 1,00 )

1

0204

Żero

Żero

09,2101

09,2102

09,2011

L-Arġentina

23 000

09,2105

09,2106

09,2012

L-Awstralja

18 786

09,2109

09,2110

09,2013

New Zealand

227 854

09,2111

09,2112

09,2014

L-Urugwaj

5 800

09,2115

09,2116

09,1922

Iċ-Ċili

5 800

09,2119

09,2120

09,0790

L-Iżlanda

1 350

09,2121

09,2122

09,0781

In-Norveġja

300

09,2125

09,2126

09,0693

Greenland

100

09,2129

09,2130

09,0690

Il-Gżejjer Faroe

20

09,2131

09,2132

09,0227

It-Turkija

200

09,2171

09,2175

09,2015

Oħrajn (3)

200

2

0104 10 30 , 0104 10 80 u 0104 20 90 . Għall-ispeċi “nagħaġ mhux domestiku” biss: ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29

Żero

Żero

09,2141

09,2145

09,2149

09,1622

L-Istati AKP

100

Għall-ispeċi “nagħaġ domestiku” biss: ex 0204, ex 02109921 u ex 0210 99 29

Żero

65 % tnaqqis ta' dazji speċifiċi

09,2161

09,2165

09,1626

L-Istati AKP

500

3

0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90

10 %

Żero

09,2181

09,2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U l-laħam tal-mogħoż għajr tal-gidi.

(3)   “Oħrajn” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-Istati AKP u minbarra l-pajjiżi l-oħra msemmija f'din it-tabella.

(4)   “ Erga omnes ” tirreferi għall-oriġini kollha inkluż il-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


Augša