This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1951
Commission Regulation (EC) No 1951/2006 of 21 December 2006 amending Regulation (EC) No 753/2002 concerning certain detailed rules implementing Council Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine, as regards the presentation of wines treated in wood containers
1951/2006/KE: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1951/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 dwar ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-inbejjed ittrattati fil-kontenituri tal-injam
1951/2006/KE: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1951/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 dwar ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-inbejjed ittrattati fil-kontenituri tal-injam
ĠU L 367, 22.12.2006, p. 46–48
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 452–454
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0607
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
452 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1951/2006
tal-21 ta' Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 dwar ċerti modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, f’dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-inbejjed ittrattati fil-kontenituri tal-injam
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (2), jiffissa l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjonijiet relatati mal-metodu ta’ elaborazzjoni tal-prodott f’dak li jikkonċerna l-użu ta’ kontenitur tal-injam tal-ballut fil-preparazzjoni tal-inbid. |
(2) |
L-imsemmija dispożizzjoni tillimita l-użu ta’ ċerti termini indikati fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għall-inbejjed biss li kienu esklussivament iffermentati, żviluppati fit-togħma jew li kellhom maturazzjoni f’kontenitur tal-injam tal-ballut. |
(3) |
Filwaqt li hu minnu li l-injam tal-ballut hu normalment u tradizzjonalment użat fil-prodotti tal-buttar, speċijiet oħra ta’ njam, bħall-fraxxnu u l-qastan huma wkoll użati f’ċerti Stati Membri. Ikun xieraq għalhekk li jitħalla l-użu tat-termini indikati fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għal speċijiet ta’ njam ieħor minbarra l-ballut, bil-kundizzjoni li l-indikazzjoni inkwistjoni tkun eżatta u li ma tqarraqx. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kompetizzjoni bejn il-produtturi, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa dwar it-tikketti. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Inbejjed, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 hu emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 22(3) għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. Għad-deskrizzjoni ta’ nbid iffermentat, żviluppat fit-togħma jew immaturat f’kontenitur tal-injam, l-ismijiet li jidhru fl-Anness X huma l-uniċi li jistgħu jintużaw. Madankollu, għall-inbejjed ta’ din ix-xorta, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ismijiet oħra ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness X, bil-paragrafi 1 u 2 japplikaw mutatis mutandis. L-użu ta’ wieħed mill-ismijiet indikati fl-ewwel paragrafu hu permess meta l-inbid ikun immatura fil-kontenitur fl-injam skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, anki meta l-maturazzjoni tiġi mtawla f’tip ieħor ta’ kontenitur. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jieħdu biex jimplimentaw l-ewwel paragrafu. Għad-deskrizzjoni ta’ nbid elaborat permezz ta’ biċċiet ta’ njam tal-ballut, anki flimkien mal-użu ta’ kontenitur(i) tal-injam, l-ismijiet indikati fl-ewwel paragrafu ma jistgħux jintużaw.” |
2) |
L-Anness X qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).
(2) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).
ANNESS
“L-ANNESS X
Kliem awtorizzati li jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 22(3)
‘iffermentat fi krietel’ |
‘iffermentat fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’ |
‘iffermentat fi btieti’ |
‘immaturat fi krietel’ |
‘immaturat fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’ |
‘immaturat fi btieti’ |
‘misjur fi krietel’ |
‘misjur fi btieti ta’ [l-isem tal-ispeċi tal-injam ikkonċernat]’ |
‘misjur fi btieti’” |