This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1909
Council Regulation (EC) No 1909/2006 of 18 December 2006 amending the Annex to Regulation (EC) No 2042/2000 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of television camera systems originating in Japan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1909/2006 tat- 18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv kontra d- dumping fuq l-importazzjonijiet ta' sistemi ta' kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun

ĠU L 365, 21.12.2006, pp. 1–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 200M, 1.8.2007, pp. 445–450
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2008
|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
445 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1909/2006
tat-18 ta’ Diċembru 2006
li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' sistemi ta' kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURI PREĊEDENTI
|
(1) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1015/94 (2), impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' sistemi tal-kameras tat-televiżjoni (“TCS”) li joriġinaw mill-Ġappun. |
|
(2) |
F'Settembru 2000, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 (3) ikkonferma d-dazji defenittivi ta' kontra d-dumping, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (kif sussegwentament emendat) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-ambitu tad-dazju ta' kontra d-dumping, is-sistemi tal-kameras elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament ('l-Anness'), li jirrappreżenta sistemi tal-kameras professjonali ta' livell għoli li teknikament jaqgħu fis-sens tat-tifsira tal-prodott taħt l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, iżda li ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi ta' kameras tat-televiżjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, permezz tan-notifika tad-29 ta' Settembru 2005 (4), tat bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li impona l-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' TCS li joriġinaw mill-Ġappun. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni permezz tan-notifika tat-18 ta' Mejju 2006, bdiet proċeduri kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijet ta' ċerti sistemi ta' kameras li joriġinaw mill-Ġappun skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Ladarba l-ambitu tal-prodott ta' dawn il-proċeduri jinkludi l-prodotti suġġetti għall-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000, il-Kummissjoni bdiet ukoll permezz ta' din in-notifika tat-18 ta' Mejju 2006, reviżjoni, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, tal-miżuri eżistenti. L-investigazzjonijiet imsemmija fil-premessi (4) u (5) għadhom għaddejjin. |
B. INVESTIGAZZJONI DWAR MUDELLI GODDA TA' SISTEMI TA' KAMERAS PROFESSJONALI
1. Il-proċedura
|
(6) |
Produttur esportatur wieħed Ġappuniż, Hitachi Denshi (Europa) GmbH (“Hitachi”) informa lill-Kummissjoni li kellu l-intenzjoni li jintroduċi mudell ġdid ta' sistemi tal-kameras professjonali fis-suq tal-Komunità u talab lill-Kummissjoni sabiex iżżid dan il-mudell ġdid ta' sistema tal-kameras professjonali ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 u b'hekk teżentah mill-ambitu tad-dazji kontra d-dumping. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja b'dan u tat bidu għal investigazzjoni limitata sabiex jiġi determinat jekk il-prodott ikkunsidrat jaqax fl-ambitu tad-dazji kontra d-dumping u jekk il-parti operattiva tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandhiex tiġi emendata skond dan. |
2. Il-mudell taħt investigazzjoni
|
(8) |
Ġiet riċevuta rikjesta għal eżenzjoni għall-mudell, li ġej, ta' sistemi ta' kameras, akkumpanjata mit-tagħrif tekniku relevanti: Hitachi:
Dan il-mudell ġie preżentat bħala mudell suċċessur tal-mudell, diġà eżentat, camera head V-35. |
3. Konklużjonijiet
|
(9) |
Il-mudell camera head V-35W jaqa' fi ħdan id-deskrizzjoni tal-prodott ta' l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. Madanakollu, kif ġara bil-mudell predeċessur tiegħu, jintuża prinċipalment fl-applikazzjonijiet professjonali u ma jinbiegħx mas-sistema triax korrispondenti jew adaptor korrispondenti fis-suq tal-KE. |
|
(10) |
Għalhekk, ġie konkluż li huwa jikkwalifika bħala sistema ta' kamera professjonali fis-sens ta' l-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. B'riżultat ta' dan, għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping u jiżdied ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. |
|
(11) |
Skond il-prassi stabbilita ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-mudell il-ġdid għandu jiġi eżentat mid-dazju kontra d-dumping mid-data li fiha s-servizzi tal-Kummissjoni rċevew it-talba relevanti għall-eżenzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet kollha tal-mudell ta' kamera, li ġej, fil-11 ta' April 2006 jew wara, għandhom jiġu eżentati mid-dazju kontra d-dumping minn din id-data: Hitachi:
|
4. Tagħrif tal-partijiet interessati u konklużjonijiet
|
(12) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja u lill-esportatur produttur tat-TCS bil-konklużjonijiet tagħha u tathom l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. L-ebda waħda mill-partijiet ma oġġezzjonat għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
(13) |
Fid-dawl ta' dak li jingħad hawn fuq, huwa propost li jiġi emendat l-Anness tar-Regolament Nru 2042/2000 kif meħtieġ. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandu jinbidel bl-Anness mehmuż hawnhekk.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-mudell li ġej, prodott u esportat lejn il-Komunità mill-produttur esportatur li ġej:
Hitachi, mill-11 ta' April 2006
|
— |
Camera head V-35W. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-E. ENESTAM
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 111, 30.4.1994, p. 106. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1754/2004 (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 1).
(3) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 913/2006 (ĠU L 169, 22.6.2006, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta' sistemi tal-kameras professjonali li mhumiex kwalifikati bħala sistemi tal-kameras professjonali (sistemi tal-kameras tax-xandir), li huma eżentati mill-miżuri
|
Isem il-kumpannija |
Camera heads |
Viewfinder |
Unità tal-kontroll tal-kamera |
Unità operazzjonali tal-kontroll |
Unità prinċipali tal-kontroll — Master control unit |
Adapters tal-kamera |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sony |

Ikegami |

Hitachi |

Matsushita |

JVC |

Olympus |

Camera OTV-SX |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Imsejjaħ ukoll master set up unit (MSU) jew master control panel (MCP).
(1) Mudelli eżentati bil-kondizzjoni li s-sistema triax korrispondenti jew it-triax-adapter korrispondenti ma jinbigħux fis-suq tal-KE.”