This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1848
Commission Regulation (EC) No 1848/2006 of 14 December 2006 concerning irregularities and the recovery of sums wrongly paid in connection with the financing of the common agricultural policy and the organisation of an information system in this field and repealing Council Regulation (EEC) No 595/91
1848/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 ta’ l- 14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91
1848/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 ta’ l- 14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91
ĠU L 355, 15.12.2006, pp. 56–62
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 322M, 2.12.2008, pp. 298–304
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 10/11/2015; Imħassar b' Ara 32015R1971
|
2.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
298 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1848/2006
ta’ l-14 ta' Diċembru 2006
dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42, il-punt 8a tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistabbilixxi żewġ fondi biex jintlaħqu l-għanijet tal-politika agrikola komuni. Il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-“FAEG” u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-“FAEŻR”. |
|
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistabbillixxi l-prinċipji li jirregolaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-garaziji dwar il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-esperjenza li għandhom il-Kummissjoni u l-Istati Membri, is-sistema prevista mir-Regolament (KEE) Nru 595/91 tal-4 ta' Marzu 1991 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 283/72 (2), għandha tkun aġġustata biex tiġi armonizzata l-applikazzjoni tagħha fl-Istati Membri, biex tiġi intensifikata l-kampanja kontra l-irregolaritajiet, biex tisaħħaħ l-effikaċja tas-sistema ta' rappurtaġġ tal-irregolaritajiet, biex jiġi kkunsidrat li każi ta' irregolaritajiet indiviwali minn issa 'l quddiem ikunu approvati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u biex jiġi koperti kemm l-FAEG kif ukoll l-FAEŻR mill ta' Jannar 2007 'il quddiem. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni biex tinkludi l-irregolaritajiet dwar id-dħul assenjat f'dik is-sistema kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) il-punti (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(4) |
Għandu jkun speċifikat li d-definizzjoni ta' “irregolaritajiet” użata għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament hija meħuda mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (3). |
|
(5) |
Għandu jkun definit it-terminu “suspett ta' frodi”, b'kunsiderazzjoni tad-definizzjoni ta' frodi fil-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(6) |
Għandu jkun speċifikat li d-definizzjoni ta' “l-ewwel riżultat amministrattiv jew ġudizzjarju” hija meħuda mill-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
|
(7) |
Għandhom ikunu definiti wkoll it-termini “falliment” u “operatur ekonomiku”. |
|
(8) |
Biex jissaħħaħ il-valur miżjud tas-sistema ta' rappurtaġġ, għandu jkun iddeterminat b'mod iktar ċar l-obbligu ta' rappurtaġġ ta' każi ta' suspett ta' frodi għal raġunijiet tal-analiżi tar-riskju u għal dan il-għan, il-kwalità tal-informazzjoni li għandha tkun mogħtija għandha jiġi ddefinita b'mod iktar ċar. |
|
(9) |
Bil-għan li tkun aċċertata n-natura ta' prattiċi qarrieqa u l-effetti finanzjarji tal-irregolaritajiet u biex ikun hemm monitoraġġ tal-irkupru tas-somom ta' flus imħallsa bi żball, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex l-irregolaritajiet ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-inqas kull tliet xhur; komunikazzjoni bħal din għandha tkun issuplimentata b'informazzjoni dwar il-progress tal-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. |
|
(10) |
Ir-riżultati kumplessivi tal-eżerċizzju ta' rappurtaġġ ta' kull sena għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE li twaqqaf il-kumitat konsulattiv għal koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi (5). |
|
(11) |
Biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju ta' rappurtaġġ li l-Istati Membri għandhom jagħmlu biex itejbu l-effiċjenza, hemm bżonn li jiżdied il-limitu minimu, definit fit-termini tas-somma affettwata mill-irregolaritajiet li jekk jekk dan il-limitu jinqabeż, għandhom jiġu rappurtati mill-Istati Membri, u li jiġi ddeterminati dawk il-każi fejn ma jirriżulatx obbligu ta' rappurtaġġ. |
|
(12) |
Rati ta' konverżjoni għandhom ikunu stabbiliti għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona ewro. |
|
(13) |
Għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-obbligi li jiġu mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komuntarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-dejta (6) u d-Direttiva 95/45/KE tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta' din id-dejta (7). |
|
(14) |
Dawn il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikolu 3(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 rispettivament.
Għandu japplika wkoll għall-każi fejn il-ħlas tad-dħul assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 34(1) il-punti (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ma jkunx sar skont dawk id-dispożizzjonijiet.
Dan ir-Regolament m'għandu ebda effett fuq l-obbligi li jiġu direttament mill-applikazzjoni tal-Artikoli 32, 33 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (8).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
|
(1) |
it-terminu “irregolarità” għandu t-tifsira mogħtija lilu fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2998/95, jiġifieri kull ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas min-naħa ta’ operatur ekonomiku, li għandhom, jew li jista' jkollhom, l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew billi jnaqqsu jew itellfu d-dħul li jakkumula minn riżorsi proprji miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz tal-impożizzjoni ta’ partita mhux ġustifika tan-nefqa tal-baġit Komunitarju. |
|
(2) |
it-terminu “operatur ekonomiku” għandu t-tifsira mogħtija lilu fl-Artikolu 1a il-punt (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 (9), jiġifieri kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità oħra li tibbenefika minn finanzjament mill-FAEG jew l-FAEŻR, minbarra Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika, jew li jirċievi din l-assitenza, jew li għandu jħallas dħul assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 34(1) punti (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005; |
|
(3) |
it-terminu “l-ewwel riżultat amministrattiv jew ġudizzjarju” għandu t-tifsira mogħtija lilu fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jiġifieri l-ewwel valutazzjoni miktuba minn awtorità kompetenti, jew amministrattiva jew ġudizzjarja, li tikkonkludi fuq il-bażi ta' fatti attwali li saret xi irregolarità, bla ħsara għall-possibbiltà li din il-konklużjoni tista' sussegwentement ikollha tiġi aġġustata jew irtirata minħabba l-iżviluppi waqt il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja; |
|
(4) |
it-terminu “suspett ta' frodi” għandu t-tifsira mogħtija lilu fl-Artikolu 1a punt (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94, jiġifieri li irregolarità li kienet soġġetta għall-ewwel riżultat amministrattiv jew ġudizzjarju li wassal għal bidu ta' proċedimenti fuq livell nazzjonali biex ikun stabbilit jekk kienx hemm imġiba intenzjonali, partikularment frodi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) il-punt (a) tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea; |
|
(5) |
it-terminu “falliment” ifisser proċedimenti ta' falliment fit-tifsira tal-Artikolu 2 punt (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (10). |
KAPITOLU II
OBBLIGI TA' RAPPURTAĠĠ
Artikolu 3
Rapport ta' kull tliet xhur
1. Mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri għadhom jibagħtu rapport dwar l-irregolaritajiet kollha li kienu soġġetti għall-ewwel riżultat amministrattiv jew ġudizzjarju lill-Kummissjoni. Għal kull irregolarità, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dettalji kollha ta':
|
(a) |
l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni affettwati, is-setturi u l-prodotti kkonċernati; |
|
(b) |
in-natura tan-nefqa irregolari; |
|
(c) |
id-dispożizzjoni tal-Komunità li ġiet miksura; |
|
(d) |
id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni bil-miktub li wasslet għal suspett li tkun saret xi irregolarità; |
|
(e) |
il-prattiċi użati biex titwettaq l-irregolarità; |
|
(f) |
fejn xieraq, jekk il-prattika tammontax għal suspett ta' frodi; |
|
(g) |
il-mod li bih ġiet magħrufa l-irregolarità; |
|
(h) |
fejn xieraq, l-Istati Membri u l- pajjizi terzi involuti; |
|
(i) |
il-perjodu li matulu, jew il-mument li fih tkun twettqet l-irregolarità; |
|
(j) |
l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali li fasslu r-rapport uffiċjali dwar l-irregolarità u l-awtoritajiet responsabbli għas-segwitu amministrattiv u/jew ġudizzjarju; |
|
(k) |
id-data li fiha kien stabbilit l-ewwel riżultat amministrattiv jew ġudizzjarju dwar l-irregolarità; |
|
(l) |
l-identitajiet tal-persuni fiżiċi u/jew ġuridiċi involuti jew ta' entitajiet oħra li jkun ħadu sehem fit-twettiq tal-irregolarità, minbarra fejn din l-informazzjoni ma tkunx relevanti għall-għanijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura tal-irregolarità fil-kwestjoni; |
|
(m) |
l-ammont ta' nefqa totali fuq l-operazzjoni kkonċernata, u fejn xieraq, it-tqassim tal-kofinanzjament tagħha bejn il-kontributuri Komunitarji, nazzjonali, privati u oħrajn; |
|
(n) |
l-ammont li ġie affetwat mill-irregolarità u, fejn xieraq, it-tqassim tiegħu bejn il-kontributuri Komunitarji, nazzjonali, privati u oħrajn; fejn ma sar ebda ħlas lill-persuni u/jew entitajiet identifikati skont il-punt (l), l-ammonti li kienu jitħallsu bi żball kieku li ma kienitx identifikata l-irregolarità; |
|
(o) |
is-sospenzjoni tal-ħlas, fejn xieraq, u l-possibbiltajiet ta' rkupru; |
|
(p) |
fil-każ ta' irregolaritajiet li għandhom x'jaqsmu mal-FAEŻR biss, in-numru ARINCO jew CCI (Kodiċi ta' Informazzjoni Komuni) tal-programm affetwat. |
2. B'deroga mill-paragarfu 1, il-każijiet li ġejjin m'għandhomx għalfejn jiġu rrappurtati
|
— |
il-każijiet fejn l-irregolarità tkun tikkonsisti biss min-nuqqas li tiġi eżegwita, b’mod parzjali jew sħiħ, operazzjoni kofinanzjata mill-FAEŻR jew sussidjata skont l-FAEG minħabba l-falliment tal-benefiċjarju jew ir-riċevitur finali; madanakollu, l-irregolaritajiet ta' qabel falliment u każijiet ta' suspett ta' frodi għandhom jiġu rrapurtati; |
|
— |
il-każijiet li b’mod volontarju jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità amministrattiva mill-benefiċjarju jew ir-riċevitur finali u qabel is-sejba mill-awtorità relevanti, kemm qabel jew wara l-ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika; |
|
— |
il-każijiet ta' żbalji li jkunu nstabu mill-awtorità amministrattiva dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata u ġew korretti qabel il-ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika. |
3. Fejn xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u l-mod li bih instabet, ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu safejn huwa possibbli l-informazzjoni nieqsa meta jgħaddu lill-Kummissjoni r-rapporti ta’ kull tliet xhur sussegwenti.
4. Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti.
Artikolu 4
Każijiet speċjali
Kull Stat Membru għandu jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni u, fejn ikun meħtieġ, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, kull irregolarità li tkun instabet jew li suppost tkun ġrat, fejn ikun hemm il-biża’ li
|
(a) |
jista’ jkollha riperkussjonijiet fi żmien qasir ħafna barra t-territorju tiegħu, jew |
|
(b) |
juru li tkun ġiet użata prattika ħażina ġdida. |
Din il-komunikazzjoni għandha tagħti b'mod partikolari informazzjoni dettaljata dwar il-prattika ħażina u dwar l-Istati Membri jew il-pajjizi terzi l-oħra kkunċernati.
Artikolu 5
Rapport ta' segwitu
1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, mill-aktar fis possibli, iżda mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, b’referenza għal kwalunkwe rapport ta’ qabel li jkun sar taħt l-Artikolu 3, dwar id-dettalji tal-proċeduri biex jimponu sanzjonijiet kriminali jew amministrattivi mibdija jew abbandunati istitwiti fejn għandhom x’jaqsmu l-irregolaritajiet li jkunu ġew innotifikati kif ukoll bir-riżultati ewlenin ta' dawn il-proċeduri. Din l-informazzjoni għandha tindika wkoll it-tip ta' sanzjonijiet li jkunu saru u/jew jekk is-sanżjonijiet ikkonċernati ikkollhomx x'jaqsmu mal-applikazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja u/jew nazzjonali, inkluża referenza għar-regoli Komunitarji u/jew nazzjoni fejn huma stabbiliti s-sanzjonijiet.
2. Fuq talba espliċita tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jkunu rċevew it-talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti kollha dwar il-progress li sar — notament dwar il-bidu, l-abbandun u t-tmiem — tal-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-irkupru ta' xi somom ta' flus imħallsa bi żball f'każ speċifiku jew fi grupp ta' każi.
Artikolu 6
Ir-regola de minimis
1. Meta l-irregolaritajiet huma ta' somom ta' inqas minn EUR 10 000 tal-fondi Komunitarji, l-Istati Membri m'għandhomx jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni prevista mill-Artikoli 3 u 5 sakemm din ma tagħmilx talba speċifika għaliha.
2. Biex ikun applikat il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1
|
— |
L-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona ewro għandhom japplikaw l-istess rata ta' kambju li jużaw biex jagħmlu ħlasijiet lill-benefiċjarji jew jirċievu d-dħul skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 (11) u l-leġizlazzjoni agrikola settorjali. |
|
— |
Fil-każi l-oħra li mhumiex imsemmija fis-sottoparagrafu 1, b'mod partikolari għal operazzjonijiet li għalihom ma kienx stabbilit avveniment operattiv mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, ir-rata ta' kambju applikabbli stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fih kienet iddikjarata n-nefqa jew id-dħul assenjati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 83/2006 (12). |
Artikolu 7
Forma ta' komunikazzjoni
L-informazzjoni meћtieġa taћt l-Artikoli 3, 4 u 5(1) gћandha tintbagћat, kull meta jkun possibbli li jsir hekk, b’mezzi elettroniċi, fejn jintuża l-modulu pprovdut mill-Kummissjoni gћal dan l-iskop permezz ta’ konnessjoni żgura.
KAPITOLU III
KOOPERAZZJONI
Artikolu 8
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni gћandha żżomm kuntatti xierqa mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tissupplimenta l-informazzjoni miġbura dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3, dwar il-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 5, u, b'mod partikolari, dwar il-possibbiltà ta’ rkupru.
2. B’mod indipendenti minn dawn il-kuntatti, fejn in-natura tal-irregolarità tkun tali li tissuġġerixxi li prattiki identiċi jew simili jistgħu jiġru fi Stati Membri oћra, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 94/140/KE (minn hawn 'il quiddiem imsejjaħ “il-Cololaf”) jew il-gruppi ta' ħidma tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tiegħu.
3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni gћandha torganizza laqgћat ta’ informazzjoni fuq livell Komunitarju gћar-rappreżentanti tal-Istati Membri biex teżamina magћhom l-informazzjoni miksuba skont l-Artikoli 3, 4 u 5, u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, partikularment fir-rigward tat-tagћlim li gћandu jinkiseb mill-informazzjoni b’rabta mal-irregolaritajiet, il-miżuri preventivi u l-proċedimenti ġudizzjarji. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Cocolaf infurmat bix-xogħol tagħha u għandha tikkonsultah fir-rigward ta' kull proposta li hi jkollha l-intenzjoni li tippreżenta dwar il-prevenzjoni tal-irregolaritajiet.
4. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew, skont l-arraġamenti stabbiliti fil-paragrafu 3, tal-Kummissjoni, l-Istati Membri gћandhom jikkonsultaw lil xulxin, fejn xieraq, fil-Cocolaf jew xi korp ieħor kompetenti, biex jagħlqu kwalunkwe lakuna li toħroġ fid-dieher matul l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ u li tippreġudika l-interessi finanzjarji Komunitarji.
Artikolu 9
Rapport fil-qosor
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Cocolaf, dwar l-ammonti tas-somom ta' flus involuti fl-irregolaritajiet misjuba u tal-kategoirji differenti tal-irregolaritajiet, imqassma skont it-tip u b'dikjarazjzoni tan-numru ta' irregolaritjiet għal kull kategorija.
KAPITOLU IV
UŻU U TRATTAMENT TAL-INFORMAZZJONI
Artikolu 10
Użu tal-informazzjoni
Bla ħsara għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista' tuża kull informazzjoni ta' natura ġenerali jew operattiva kkomunikata mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament biex tagħmel analiżi tar-riskju, bl-appoġġ tat-teknoloġija informatika, u tista', fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapport u tiżviluppa sistemi li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod iktar effettiv.
Artikolu 11
Trattament tal-informazzjoni
1. L-informazzjoni kkomunikata jew akkwistata f'kull forma skont dan ir-Regolament għandha tiġi koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u għandha tiġi protetta bl-istess mod bħal ma hi protetta informazzjoni simili mill-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li rċeviha u mid-dispożizzjonijiet relattivi applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax, b’mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li qed jipprovdi din l-informazzjoni ma jkunux qabel espressament biex jagħmel dan.
Barra minn hekk, din l-informazzjoni ma tistax tintuża għal xi raġunijiet oħra għajr għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, ħlief jekk l-awtorità li pprovdietha ma tkunux tat il-kunsens espress tagħha u sakemm id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità li rċevietha ma jipprojbixxux komunikazzjoni jew użu bħal dawn.
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-ipproċessar ta’ dejta personali skont dan ir-Regolament, jitħarsu d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, partikolarment dawk stipulati mid-Direttiva 95/46/KE, u, fejn applikabbli, mir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhom jaffetwaw id-drittijiet tas-soġġett tad-dejta għall-aċċess kif stabbilit mid-Direttiva 95/46/KE u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 skont il-kundizzjonijiet previsti f'dik id-direttiva u f'dak ir-regolament.
4. Il-paragrafi 1 sa 3 m’għandhomx jimpedixxu l-użu, f’kull azzjoni legali jew proċedimenti ppreżentati sussegwentement mill-Komunità jew mill-Istati Membri fir-rigward tal-irkupru tas-somom ta' flus soġġetti għall-irregolarità, it-twettiq ta' kontroll bħala segwitu tal-irregolaritajiet allegati jew l-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi, pieni amministrattivi jew sanzjonijiet kriminali għall-irregolaritajiet, tal-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li pprovda din l-informazzjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih dwar użu bħal dan.
5. Meta Stat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni li persuna fiżika jew ġuridika li isimha jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament iġġib prova, wara inkjesta ulterjuri, li ma tkun involuta f'ebda irregolarità, il-Kummissjoni għandha mill-ewwel tgħarraf lil dawk li lilhom tkun żvelat dak l-isem skont dan ir-Regolament b'dak il-fatt. Din il-persuna m'għandhiex aktar titqies, fuq il-bażi tan-notifika ta' qabel, bħala persuna involuta fl-irregolarità kkonċernata
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 12
Revoka
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 595/91 huwa rrevokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.
2. Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 595/91 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness.
Artikolu 13
Dispożizzjoni tranżitorja
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u bl-irregolaritajiet ikkomunikati qabel l-1 ta' Jannar 2007 skont ir-Regolament (KEE) Nru 595/91 li għadhom qed jiġu segwiti mill-awtoritajiet tagħhom.
2. Għal dawk il-każi b'impatt finanzjarju ta' inqas minn EUR 10 000, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu komunikazzjoni unika finali.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 14 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).
(2) ĠU L 67, 14.3.1991, p. 11.
(3) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(4) ĠU L 316, 27.11.1995, p. 49.
(5) ĠU L 61, 3.4.1994, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deiċżjoni 2005/223/KE (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 67).
(7) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(8) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.
(9) ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2035/2005 (ĠU L 328, 15.12.2005, p. 8).
(10) ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.
ANNESS
Tabella ta' Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 595/91 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 (imħassar) |
|
|
|
Artikolu 2 (Ġdid) |
|
Artikolu 3.1 |
Artikolu 3.1 |
|
|
Artikolu 3.2 (Ġdid) |
|
Artikolu 3.2 |
Artikolu 3.3 |
|
Artikolu 3.3 |
Artikolu 3.4 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5.1 |
Artikolu 5.1 |
|
Artikolu 5.2 (imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005) |
|
|
Artikolu 6 (imħassar) |
|
|
Artikolu 7.1 (imħassar bir-Regolamnet (KE) Nru 1290/2005) |
|
|
Artikolu 7.2 (imħassar) |
|
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11 |
M'għadux relevanti |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 14.1 |
Artikolu 12.1 |
|
Artikolu 14.2 |
Artikolu 12.1 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
|
|
Artikolu 7 (ġdid) |
|
|
Artikolu 10 (ġdid) |
|
|
Artikolu 13 (ġdid) |