EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1786

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1786/2006 ta' l- 4 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Annessi III B, IV, u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti tessili għall-2007

ĠU L 337, 5.12.2006, p. 12–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 384–388 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015; Imħassar b' 32015R0936

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1786/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

384


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1786/2006

ta' l-4 ta' Diċembru 2006

li jemenda l-Annessi III B, IV, u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti tessili għall-2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifiċi tal-Komunità (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi annwali għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw mill-Montenegro, il-Kosovo (2) u l-Korea ta' Fuq.

(2)

Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Unjoni Ewropea se tinkludi żewġ Stati Membri ġodda, ir-Rumanija u l-Bulgarija. L-Artikolu 6(7) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jistipula li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tessili u tal-ħwejjeġ għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda tal-Komunità. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità wara t-tkabbir għandhom għaldaqstant jiġu aġġustati sabiex ikopru l-importazzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri ġodda. Dan jeħtieġ li ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jiġu emendati.

(3)

Sabiex it-tkabbir tal-Komunità ma jitħalliex ikollu effetti ristrettivi fuq il-kummerċ, huwa xieraq li, meta jiġu emendati l-kwantitajiet tintuża metodoloġija li tqis, għall-finijiet ta' aġġustament tal-livelli ta' kwota l-ġodda, l-importazzjonijiet tradizzjonali fl-Istati Membri l-ġodda. Formula magħmula mill-medja ta' l-importazzjonijiet ta' l-aħħar tliet snin fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda li joriġinaw minn pajjiżi terzi tipprovdi kejl adegwat ta' dawn il-flussi storiċi. Minħabba l-fatt li l-Montenegro sar indipendenti fit-3 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda ċifri separati tal-fluss kummerċjali bejn il-Montenegro u l-Kosovo minn naħa u l-Istati Membri l-ġodda min-naħa l-oħra. Għalhekk, il-livelli tal-kwoti l-ġodda ġew stabbiliti bl-użu ta' l-iżjed kriterji xierqa biex dan isir, jiġifieri l-proporzjon tal-popolazzjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda. Ġiet miżjuda rata ta' tkabbir fiż-żewġ każijiet.

(4)

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jelenkaw il-livelli tal-kwoti applikabbli għas-sena 2007. Ir-regoli dettaljati li jiggvernaw l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-2007 huma dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2006 (3) dwar il-ġestjoni tal-kwoti tessili stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għas-sena 2007.

(5)

Id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet fl-Istati Membri l-ġodda. Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Tessili stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 qegħdin jinbidlu kif muri fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 37).

(2)  Kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(3)  Ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 qegħdin jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Anness III B qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS III B

Il-limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2(1)

Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (1)

Kategorija

Unità

Kwantità

1

tunnellati

631

2

tunnellati

765

2a

tunnellati

173

3

tunnellati

84

5

1 000 biċċa

356

6

1 000 biċċa

191

7

1 000 biċċa

104

8

1 000 biċċa

297

9

tunnellati

78

15

1 000 biċċa

148

16

1 000 biċċa

75

67

Tunnellati

65

2.

L-Anness IV qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS IV

Limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu 3(1)

Il-Korea ta' Fuq

Kategorija

Unità

Kwantità

1

tunnellati

128

2

tunnellati

153

3

tunnellati

117

4

1 000 biċċa

289

5

1 000 biċċa

189

6

1 000 biċċa

218

7

1 000 biċċa

101

8

1 000 biċċa

302

9

tunnellati

71

12

1 000 par

1 308

13

1 000 biċċa

1 509

14

1 000 biċċa

154

15

1 000 biċċa

175

16

1 000 biċċa

88

17

1 000 biċċa

61

18

tunnellati

61

19

1 000 biċċa

411

20

tunnellati

142

21

1 000 biċċa

3 416

24

1 000 biċċa

263

26

1 000 biċċa

176

27

1 000 biċċa

289

28

1 000 biċċa

286

29

1 000 biċċa

120

31

1 000 biċċa

293

36

tunnellati

96

37

tunnellati

394

39

tunnellati

51

59

tunnellati

466

61

tunnellati

40

68

tunnellati

120

69

1 000 biċċa

184

70

1 000 biċċa

270

73

1 000 biċċa

149

74

1 000 biċċa

133

75

1 000 biċċa

39

76

tunnellati

120

77

tunnellati

14

78

tunnellati

184

83

tunnellati

54

87

tunnellati

8

109

tunnellati

11

117

tunnellati

52

118

tunnellati

23

142

tunnellati

10

151A

tunnellati

10

151B

tunnellati

10

161

tunnellati

152 ”

3.

L-Anness VI qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS VI

TRAFFIKU TA' PPROĊESSAR 'IL BARRA

Limiti Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu 4(2)

Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (2)

Kategorija

Unità

Kwantità

5

1 000 biċċa

403

6

1 000 biċċa

1 196

7

1 000 biċċa

588

8

1 000 biċċa

1 325

15

1 000 biċċa

691

16

1 000 biċċa

369


(1)  Kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.”

(2)  Kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.”


Top